Saturday, May 4, 2024

TTD tan-Nisa: Id-Daniżi wisq b’saħħithom għall-Maltin

Aqra wkoll

Danimarka……………….7

Malta……………………….0

Fl-ewwel logħba minn Grupp E tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa tal-FIFA 2023 li ntlagħbet f’Viborg fid-Danimarka, it-team nazzjonali tan-nisa safa megħlub bl-iskor kbir ta’ 7-0, bid-Daniżi jiddominaw għal kollox il-partita mill-bidu sat-tmiem.

Id-Daniżi għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor fl-14-il minuta meta Sofie Svava xeħtet free-kick insidjuż biex SANNE TROELSGAARD NIELSEN tefgħet il-ballun fix-xibka b’daqqa ta’ ras.  

Fit-23 minuata irnexxielhom jirduppjaw l-iskor meta mill-corner ta’  Sofie Svava, SIGNE BRUUN għoliet fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras għelbet lill-goalkeeper Maltija, Janice Xuereb.

Tliet minuti biss wara, id-Daniżi skorjaw it-tielet goal minn azzjoni fotokopja hekk kif mill-corner ta’ Svava din id-darba kienet STINE LARSEN li b’daqqa ta’ ras xeħet fix-xibka.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, id-Daniżi komplew bl-istess ritmu u fis-47 minuta skorjaw ir-raba’ goal permezz tal-captain PERNILLE HARDER. U sekondi biss wara, id-Daniżi komplew jiċċelebraw meta Larsen għaddiet tajjeb lil SIGNE BRUUN li minn qagħda ideali tefgħet ġewwa, biex b’hekk irreġistrat doppjetta personali.

Is-sitt goal tad-Daniżi wasal fit-78 minuta meta Signe Bruun serviet lil RIKKE SEVECKE li għelbet lill-goalkeeper Maltija. Minuta mit-tmiem, huma ssiġillaw ir-rebħa meta  s-sostituta Janni Thomsen pprovdiet l-assist lis-sostituta l-oħra SARA GEDSTED THRIGE ANDERSEN li b’xutt qawwi sammret il-ballun fix-xibka.  

Danimarka: 22-Dorthe Larsen, 4-Rikke Sevecke, 3-Sofie Junge Pedersen, 11-Katrine Veje, 14-Nicoline Sorensen (19-Janni Thomsen 61), 7-Sanne Troelsgaard Nielsen (13-Sofie Pedersen 61), 15-Kathrine Moller Kuhl (8-Emme Snerle 70), 23-Sofie Svava (2-Sara Gedsted Thrige Andersen 61), 12-Stine Larsen, 20-Signe Bruun, 10-Pernille Harder (21-Mille Gejl 73) Coach: Lars Sondergaard

Malta: 1-Janice Xuereb, 15-Jade Flask (2-Gabriella Zahra 46), 5-Stephania Farrugia, 16-Charlene Zammit, 20-Nicole Sciberras (11-Kayleigh Chetcuti 94), 6-Dorianne Theuma, 4-Emma Lipman, 9-Alishia Sultana (3-Ann-Marie Said 89), 14-Shona Zammit, 13-Maria Farrugia, 17-Brenda Borg (8-Rachel Cuschieri 46) Coach: Mark Gatt

Referee: Karoline Wacker (Ġermanja)

Ass. Referees: Christina Biehl, Melissa Joos (Ġermanja)

Raba’ Uffiċjal: Franziska Wildfeuer (Ġermanja)

Skorers: S. Troelsgaard Nielsen 14, S. Bruun 23, 48, S. Larsen 26, P. Harder 47, R. Sevecke 78, S. G. Thrige Andersen 89 (D)

Ammoniti: S. Zammit, G. Zahra (M)

Sport