Tuesday, September 24, 2024

TTD tan-Nisa: Il-Marokk jiktbu l-istorja

Aqra wkoll

Marokk ………. 1

Kolumbja ……. 0

Il-Marokk kitbu l-istorja meta, kontra kull mistenni, għaddew għall-Aħħar 16 ta’ din il-kompetizzjoni b’reb­ħa ta’ 1-0 fuq il-Kolumbja. 

Mingħajr ma jitnaqqas l- ebda mertu lill-Marok­kini, il-kwalifikazzjoni tagħh­­­om waslet minħabba li l-Ġermanja naqsu milli jirbħu lill-Korea t’Isfel. 

Bla dubju, Anissa Lahmari, saret l-eroj tal-Marokk meta fir-raba’ minuta tal-ħin miżjud tal-ewwel taqsima hija skorjat minn rebound wara li l-penalty tal-captain, Ghizlane Chebbak, ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper, Catalina Perez.

Ta’ min isemmi wkoll li l-Marokk huma l-uniku team mit-tmien debuttanti  li ħadu sehem f’dan it-tournament li avvanzaw għar-round li jmiss. 

Kienu biss il-Filippini, New Zealand u l-Portugall li resqu viċin li jilħqu l-is­tadju eliminatorju.

Sport