Thursday, April 18, 2024

TTD tan-Nisa: Malta megħluba mill-Montenegro

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Malta ……………0

Montenegro ……2

F’partita valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tat- Tazza tad-Dinja 2023, it-team nazzjonali tan-nisa safa megħlub mill-Montenegro bl-iskor ta’ 2-0 f’partita li fiha għal­kemm ħarġu fuq in-naħa rebbieħa, l-avversarji ftit li xejn impressjonaw. 

Madankollu, il-Maltin, daqs­tant ieħor naqsu milli jimpressjonaw, fejn ftit li xejn resqu lejn il-lasti opposti, għalkemm mil-lat tekniku dehru aħjar mill-avversarji.

Peró dan ir-riżultat ma jistax jitqies bħala wieħed diżappuntanti għall-Maltin għalkemm wieħed kien jistenna xi ħaġa aħjar anke fid-dawl tal-fatt li pajjiżna kien irnexxielu jegħleb lill-Montenegro bl-iskor ta’ 1-0 f’partita ta’ ħbiberija f’Ġunju li għadda bil-goal għalina jasal minn daqqa ta’ ras ta’ Jade Flask.

Permezz ta’ din ir-rebħa, issa l-Montenegro saħħew it-tielet post tal-klassifika b’disa’ punti u b’hekk fetħu vantaġġ ta’ ħames punti fuq il-Maltin.

Kien biss fl-20 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota bil-Maltin ikunu huma li joħolqu l-periklu meta Rachel Cuschieri għaddiet tajjeb lil Brenda Borg li kellha x-xutt angulat minn ġol-kaxxa jaħbat max-xibka minn barra.

Iżda kienu Monetnegro li fetħu l-iskor man-nofsiegħa logħob meta kien hemm back-pass erratiku ta’ Shona Zammit, li minnu approfittat ARMISA KUC li permezz ta’ xutt fil-baxx tefgħet il-ballun fir-rokna tax-xibka.

Kien fit-62 minuta, li l-Maltin reġgħu heddew meta Dorianne Theuma għaddiet tajjeb lejn Brenda Borg li qabżet lill-goalkeeper, Anastasija Krstovic, li iżda taw­let ftit il-ballun bid-difiża tal-Montenegro tinterċetta tajjeb.

Malta kompliet fuq l-offensiva u erba’ minuti biss wara Brenda Borg xeħtet cross mil-lemin iżda ħadd mill-players sħabha ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun, bi Krstovic issalva kull periklu.

Huma komplew jippressaw u fl-74 minuta, free­kick ta’ Theuma ġie mogħti ħażin u ħabat mal-barriera tal-Montenegro.

Madankollu, fit-82 minuta, Montenegro ssiġillaw ir-rebħa meta HELENA BOZIC ikkonkludiet bir-ras mill-free-kick ta’ Jelena Karlicic.

MALTA: 1-Janice Xuereb, 4-Emma Lipman, 5-Stefania Farrugia (22-Jessica Lee Dimech 88), 6-Dorianne Theuma, 8-Rachel Cuschieri, 9-Alishia Sultana, 13-Maria Farrugua, 14-Shona Zammit (21-Haley Bugeja 46), 16-Charlene Zammit, 17-Brenda Borg (18-Emma Xuereb 85), 20-Nicole Sciberras (3-Ann-Marie Said 46)   – Coach: Mark Gatt

MONTENEGRO: 12-Anastasija Krstovic, 3-Aleksandra Popovic, 4-Maja Saranovic, 7-Slatjana Bulatovic (20-Durdevac Nada 77), 8-Andela Toskovic (5-Marija Maras 94), 9-Nadja Stanovic, 10-Jelena Karticic, 11-Armisa Kuc, 15-Helena Bozic, 16-Medina Desic (2-Milica Radunovic 72), 17-Darija Djukic   – Coach: Mirko Maric

REFEREE: Kateryna Usova (Ukrajna)

ASS. REFEREES: dra Vdovina, Iryna Chaika (Ukrajna)

RABA’ UFF:Liudmla Telbukh (Ukrajna)

SKORERS: A. Kuc 30, H. Bozic 82 (Mnt) 

AMMONITA: N. Stanovic (Mnt)

ATTENDENZA: 290 

Ekonomija

Sport