Monday, December 23, 2024

Tump iwissi dwar “l-aktar ġimgħa iebsa” tal-pandemija tal-coronavirus

Aqra wkoll

Il-President Amerikan Donald Trump wissa’ lill-Amerikani biex jippreparaw għal dik li mistennija tkun “l-aktar ġimgħa iebsa” tal-pandemija tal-coronavirus.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet bl-aħħar żviluppi tas-sitwazzjoni fil-pajjiż, Trump bassar li se jkun hemm aktar imwiet. Min-naħa tiegħu huwa assigura li se jkun qiegħed jgħin bl-aħjar mod biex jissalvagwardja lill-poplu bi provvista ta’ mediċini u membri tal-militar li se jkunu qegħdin ikomplu joffru s-servizz tagħhom.

Il-kumplament tad-diskors kien jikkuntrasta dan il-kliem hekk kif issuġġerixxa li għal żmien l-Għid tonqos l-attenzjoni fuq iż-żamma tad-distanza u qal li jeħtieġ li l-pajjiż jerġa’ jinfetaħ mill-ġdid kemm jista’ jkun malajr.

Ekonomija

Sport