Thursday, December 26, 2024

Turist imut wara li xorob 22 shot f’90 minuta waqt li kien f’nightclub fil-Polonja

Aqra wkoll

Turist Ingliż miet wara li xorob 22 shot f’temp ta’ siegħa u nofs waqt li kien f’nightclub fil-Polonja x-xahar li għadda. Dan kien ikkonfermat mill-awtoritajiet tal-pajjiż stess, skont mhu rrappurtat mill-midja Ingliża Metro.

Il-vittma, raġel ta’ 36 sena, f’dak il-lejl kien jinsab fi Krakow ma’ xi ħadd minn sħabu u marru l-Wild Nights nightclub.

L-awtoritajiet tal-lokal qalu li l-vittma, Mark, kien ġa xurban qabel ma rifes l-għatba tal-imsemmi nightclub. Appena tefa’ riġlejh fil-club, il-ħaddiema kontinwament offrewlu x-xorb. Min-naħa tiegħu għall-bidu prova jirrifjuta sakemm imbagħad ċeda u xorob 22 shot qawwijin u eventwalment waqa’ u miet.

L-istess midja internazzjonali rrappurtat li skont l-awtoritajiet Pollakki, il-vittma nsteraq madwar £420 waqt li kien mitluf minn sensih. Minn testijiet li saru fuq il-vittma rriżulta li l-kontenut tal-alkoħol fid-demm kien minn tal-inqas dak ta’ 0.4% — ammont li huwa kkunsidrat letali.

Il-Pulizija Pollakka (CBSP) qalet li l-clubs kellhom din it-tattika fejn isakkru lill-klijenti tagħhom bix-xorb u wara jisirqulhom flushom. Fl-aħħar jiem huma rnexxielhom jarrestaw madwar 60 persuna b’rabta ma’ dan l-aġir, u fosthom kien hemm grupp li huwa suspettat bil-qtil ta’ Mark.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta man-nightclubs, fosthom dawk f’Warsaw u Krakow, għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport