Saturday, October 26, 2024

Putin iżur ir-reġjun ta’ Kherson 

Aqra wkoll

Skont il-Kremlin, il-President Russu Vladimir Putin żar partijiet okkupati tar-reġjun Ukren ta’ Kherson. 

Qed ikun irrapportat li Putin attenda għal laqgħa biex jisma’ mill-kmandanti militari. Huwa maħsub li s-Sur Putin ukoll li żar ir-reġjun ta’ Luhansk. 

Vjaġġi bħal dawn mill-mexxej Russu huma rari, għalkemm wettaq ukoll żjara sorpriża fil-belt ta’ Mariupol f’Marzu. 

Mhux magħruf meta sar il-vjaġġ lejn Kherson iżda l-midja Russa rrapportat li s-Sur Putin staqsa wkoll dwar is-sitwazzjoni fir-reġjun ta’ Zaporizhzhia li Moska sostniet ukoll bħala parti mir-Russja. 

Huwa kkwotat li qal fil-laqgħa militari f’Kherson li filwaqt li ma riedx ifixkilhom mid-doveri tagħhom, “huwa importanti għalija li nisma’ l-opinjoni tagħkom dwar kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni.” 

It-truppi Russi rtiraw mill-belt ta’ Kherson lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet, u tilfu l-uniku kapitali reġjonali li kienet irnexxielha jaqbdu minn meta Moska invadiet l-Ukrajna fi Frar tal-2022. 

Madankollu, partijiet minn dan ir-reġjun għadhom taħt il-kontroll tar-Russja. 

Sport