Saturday, November 16, 2024

Turista stuprata minn ħames Iżraeljani f’Ċipru

Aqra wkoll

Ħames żgħażagħ, ilkoll ċittadini Iżraeljani bdew jgħaddu ġuri talli allegatament stupraw turista Ingliża f’kamra ta’ lukanda fir-resort popolari ta’ Ayia Napa f’Ċipru.

Il-vittma, li għandha 20 sena rrakkontat kif il-grupp ta’ żgħażagħ, kollha ċittadini Iżraeljani ta’ 19 u 20 sena, attakkawha sesswalment f’kamra fil-lukanda Fedrania Gardens fir-resort popolari f’Ayia Napa, Ċipru fit-3 ta’ Settembru ta’ din is-sena.

Il-ħames irġiel baqgħu miżmuma mill-pulizija minn meta ġew arrestati wara l-allegat attakk waqt pool party f’Ayia Napa fil-Lvant ta’ Ċipru.

Huma tressqu quddiem tliet imħallfin fil-Qorti Distrettwali ta’ Famagusta nhar it-Tnejn fejn kienu preżenti wkoll qraba tagħhom li nġabru b’turija ta’ appoġġ.

Il-vittma, qalet lill-pulizija li waqt li kienet ma’ ħbiebha ħdejn il-pool area, hi ttieħdet bil-forza għal kamra tagħha fil-lukanda u ġiet attakkata b’mod vjolenti.

Investigatur tal-pulizija qal lill-qorti li wieħed miż-żgħażagħ ipprova jneħħilha l-malja tal-għawm waqt li hi rreżistitu biex iħalliha titlaq qabel ma s-suspettati l-oħra daħlu fil-kamra.

Il-viittma xehdet li wieħed miż-żgħażagħ kellu x’jaqsam magħha kontra r-rieda tagħha filwaqt li ieħor ġegħelha tagħmel sess orali u tnejn oħra żammewha fis-sodda.

Qalet li wieħed suspettat żammha wkoll mal-ħajt u kellu x’jaqsam magħha qabel ma eventwalment irnexxielha tissakkar fil-kamra tal-banju u tgħajjat ​​għall-għajnuna.

Hija ħarbet mill-kamra billi imbottat lis-suspettati fil-ġenb u ġriet għand sħabha li mbagħad marru magħha għand il-pulizija biex jirrappurtaw l-istupru.

Tlieta mill-irġiel ammettew li kellhom sess mal-mara iżda qalu li dan kien kunsenswali.

Ekonomija

Sport