Monday, May 13, 2024

Multa ta’ €250 għal żagħżugħ li saq mutur mingħajr liċenzja

Aqra wkoll

Owen Schembri ta’ 21 sena residenti Ħal Kirkop ġie mmultat €250 wara li nstab ħati li f’Settembru tal-2022 kien qiegħed isuq mutur mingħajr ma’ kellu liċenzja. 

Fil-Qorti nstema’ kif Schembri kien involut f’inċident tat-traffiku fiż-Żurrieq. Irriżuta li l-imputat kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Generic li kien irreġistrat fuq persuna oħra. 

Uffiċjal ta’ Transport Malta kkonferma fil-Qorti li l-imputat ma kellu l-ebda kategorija ta’ liċenzja tas-sewqan Maltija. 

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace sabet lill-imputat ħati li saq mutur mingħajr liċenzja iżda mhux ħati li saq mingħajr ma kien kopert b’polza tas-sigurtà dwar ir-riskji ta’ terzi persuni. 

Mill-provi rriżulta li l-mutur kien kopert minn polza tal-assigurazzjoni, iżda ma nġiebet l-ebda prova li din il-polza ġiet annullata. Għal dawn ir-raġunijiet ma nstabx ħati ta’ din l-akkuża.

Schembri nstab ħati biss tal-ewwel imputazzjoni anke minħabba li kien hemm ammissjoni min-naħa tiegħu u kkundannatu multa ta’ €250. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Charlotte Curmi.

Sport