Sunday, May 10, 2026

Turista ta’ 19-il sena tinstab ħatja ta’ serq fl-Ajruport ta’ Malta

Aqra wkoll

Gracie Lea Jituboh, Ingliża ta’ 19-il sena, instabet ħatja mill-Qorti tal-Maġistrati wara li ammettiet akkużi ta’ serq relatati ma’ diversi oġġetti fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Il-każ instema’ quddiem il-maġistrata Nadine Lia Sant fejn il-Prosekuzzjoni spjegat li s-serq seħħ fis-7 ta’ Mejju 2026, għall-ħabta tas-7:00 ta’ filgħodu jew qabel, fl-Ajruport ta’ Malta f’Ħal Luqa.

Skont id-dokumenti tal-Qorti, il-valur tal-oġġetti misruqa kien jammonta għal madwar €303.

Fil-bidu tas-seduta, l-akkużata mill-ewwel wieġbet ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha. Il-Qorti sussegwentement sabitha ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha u lliberatà b’diversi kundizzjonijiet għal perjodu ta’ sentejn.

Dan ifisser li jekk matul dawn is-sentejn tikkommetti reat ieħor, il-piena sospiża tista’ ssir effettiva u tittieħed azzjoni kriminali aktar serja kontriha u ma tkunx tista’ tidħol fl-Unjoni Ewropea għal perjodu ta’ ħames snin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Karl Roberts u Roxanne Tabone, filwaqt li dehret ukoll l-Avukat għal AG Martina Muscat.

Id-difiża kienet immexxija mill-avukata għal għajnuna legali Yanika Barbara.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport