Il-President Russu Vladimir Putin iddikjara li l-gwerra fl-Ukrajna qed tintemm. Dan qalu ftit tas-sigħat wara li kien wiegħed li jegħleb lill-Ukrajna waqt il-parata ta’ Jum il-Vitorja f’Moska.
F’kumment lill-midja internazzjonali, Putin irrefera għal gwera bejn ir-Russja u l-Ukrajna u qal li jaħseb li din il-kwistjoni qed toqob lejn tmiemha. Huwa qal ukoll li jinsab lest li jinnegozja arranġamenti ta’ sigurtà ġodda għall-Ewropa u li s-sieħeb preferut tiegħu fin-negozjati huwa l-eks kanċillier tal-Ġermanja Gerhard Schröder.
Putin, li issa ilu jmexxi lir-Russja bħala president jew prim ministru mill-aħħar jum tal-1999, qed jiffaċċja ansjetà f’Moska. Dan hekk kif mijiet ta’ eluf ta’ nies tilfu ħajjithom, filwaqt li l-ekonomija Russa marret għall-agħarr. Huwa mifhum li r-relazzjonijiet tar-Russja mal-Ewropa jinsabu agħar milli kienu fi żmien il-bidu tal-gwerra bierda.


