Mara kellha tiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tal-5:00 a.m., kellha inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Labour, iż-Żejtun.
Minn stħarriġ li sar irriżulta li mara ta’ 38 sena residenti z-Żejtun stess tilfet il-kontroll tal-vettura Honda Fit li kienet qiegħda ssuq u kellha impatt ma’ Ford Transit li kien ipparkjat.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-mara l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Jista il kunsill ta Hal Lija jghidilna ghaliex it TORRI ma kienx mixawl is Sibt lejliet il festa tas SALVATUR.Qtugh ta dawl ma kienx hemm.