Wednesday, November 13, 2024

Tweġġa’ gravi wara li tilfet il-kontroll tal-mutur f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Mara ta’ 26 sena resident l-Gżira qed issofrI minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-8:00 p.m kienet involuta f’inident tat-traffiiku fi Triq Birkirkara, San Ġiljan.

Mill-ewwel stħarriġ illi sar, irriżulta li l-mara kienet qed issuq mutur tal-għamla Chaoya E-Bee, tilfet il-kontroll wara li ħabtet mal-bankina u waqgħet.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġreħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport