Sunday, November 24, 2024

Twieġeb ħatja li samtet tifel f’child care centre f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Tfajla Ġermaniża ta’ 19-il sena ġie kkundannata sitt xhur ħabs sospiżi għal sena wara li amettiet li fil-5 ta’ Mejju li għadda kkaġunat ġrieħi gravi fuq tifel ta’ sena u nofs, wara li b’mod aċċidentali waqqgħet t-termos mimli misħun fuq id l-istess tifel.

Marie Schumann kienet involuta f’dan l-inċident sfortunat meta kienet qiegħda fiċ-Ċentru Magic Castle f’Ħal Qormi. Hija kienet hemm biex taħres li t-tfal ma jweġġgħux.

Kien l-Ispettur James Mallia li mexxa l-Prosekuzzjoni fejn fil-Qorti qal li l-persuna li weqqgħet it-termos bil-misħun fuq it-tifel kienet Schumann u meta ġiet mitkellma mill-Pulizija hija tat verżjonijiet differenti minn dak li rriżulta mill-investigazzjoni u anke differenti mill-verżjoni li taw il-ġenituri tat-tifel.

Quddiem il-Maġistrat Monica Vella hija ammettiet kull akkużi li tressqet bihom.

Il-Prosekuzzjoni qalet li minn dak li ġie osservat minn CCTVs ħareġ ċar li dan kien inċident involontarju. Għal Schumann deher l-avukat Brandon Kirki Muscat li nsista li l-klijenta tiegħu kienet involuta f’inċident sfortunat u mill-ewwel ammettiet kull ħtija. Kien għalhekk li hu appella lill-Qorti biex tagħti l-piena minima li tagħti l-liġi.

Min-naħa tiegħu l-Avukat Alessandro Lia li deher għal parte civile qal li t-tifel għadu l-isptar jieħu l-kura u għad ma hemm l-ebda garanzija li qiegħed jirrispondi tajjeb għal dan it-trattament. Hu sostna li jista’ jkun li ‘l quddiem ikollu bżonn operazzjoni minħabba l-ġrieħi li sofra.

Wara li semgħet il-partijiet jittrattaw, il-Maġistrat Monica Vella kkundannat lit-tfajla sitt xhur ħabs sospiżi għal sena.

Sport