Tuesday, May 14, 2024

Imniedi il-Kampjonat Dinji Voomquest Enemed UIM V2 tal-2023

Aqra wkoll

Il-Kampjonat Dinji Voomquest Enemed UIM V2 2023 tnieda aktar kmieni din il-ġimgħa fil-preżenza tal-Onor. Is-Sur Clayton Bartolo, Ministru għat-Turiżmu, is-Sur Kevin Chircop Chairman Eżekuttiv tal-Enemed u s-Sur Michael Mifsud, CEO  ta’ Yachting Malta Ltd

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Voomquest u Champion tad-dinja għal 5 darbiet,  Aaron Ciantar nieda uffiċjalment l-istaġun 2023, li se jara xi bidliet eċċitanti li tfasslu biex jagħtu lill-isport l-opportunità għat-tkabbir.

Fil-fatt din is-sena tibdil fil-Klassi V2 fisser li mgħadhom jiġu kklassifikati bħala klassi ta’ disinn wieħed, iżda bidliet fir-regolamenti  jfissru li d-dgħajjes jistgħu jiġu modifikati sakemm ikunu konformi ma’ sett ta’ regoli maħruġa mill-Voomquest. Din il-bidla saret biex jiġu attirati timijiet ġodda. Fil-fatt il-Kampjonati għandhom jilqgħu ħdax-il tim, li nofshom huma timijiet internazzjonali. Tim ġdid Waste Not ser  jingħaqad mal-flotta iktar tard dan ix-xahar.

Wara li l-kampjonati raw avvenimenti jiġu organizzati l-barra minn xtutna is-sena l-oħra, l-interess fil-klassi sarraf fl-introdużżjoni ta’ Klassi ġdida f’Malta. Il-Klassi 3D, hija powerboat tal-klassi tal-katamaran. L-istess bħall-V2, il-Klassi 3D se jkollha l-istess format ta’ tiġrija u korsa, li hija korsa magħluqa tipikament immarkata b’bagi, li jeħtieġu manuvri u navigazzjoni preċiża. Il-Klassi 3D se tilqa’ sitt timijiet barranin fi xtutna.

L-ewwel avveniment tal-Grand Prix għall-istaġun 2023 se jsir bejn id-19 u l-21 ta’ Mejju u jkun ibbażat fil-Valletta Cruise Port. It-tlielaq ser jsiru quddiem ix-xatt ta’ Tas-Sliema, biex tiżgura viżibilità ta’ azzjoni għall-pubbliku mill-art.

L-istess avveniment se jifforma parti mill-Yachting Malta Race Week, li ser tiġi inawgurata bil-Kampjonat Dinji Voomquest Enemed UIM V2 u se tkompli b’serje ta’ avvenimenti tal-ibbburdjar matul il-ġimgħa.

Il-Kampjonat Dinji Voomquest Enemed UIM V2 huwa sponsorjat minn Enemed u appoġġjat minn Visit Malta. Chaudron Powerboats, Yachting Malta, Valletta Cruise Port, Sullivan Maritime, Grimaldi Group u The Skyroom.

Sport