Sunday, December 22, 2024

Twieġeb mhux ħatja ta’ żewġ hold-ups fil-Marsa u f’Wied il-Għajn

Aqra wkoll

Miriam Elabed ta’ 30 sena minn Birkirkara wieġbet mhux ħatja li nhar is-Sibt li għadda wettqet żewġ hold ups. L-ewwel wieħed allegatament wettqitu f’ħanut f’Wied il-Għajn u l-ieħor minn ħanut tal-logħob fil-Marsa.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-mara wettqet dawn il-holdup meta kienet armata b’sikkina u martell.

Jirriżulta li waqt li kienet qed tipprova tisraq mill-ħanut tal-logħob fil-Marsa, persuni li kienu fil-ħanut żammewha sakemm waslu l-pulizija fejn imbgħad ġiet arrestata. Mill-investigazzjonijiet li saru mill-pulizija rriżulta li kienet Elabed ukoll li wettqet il-hold up f’Wied il-Għajn.

Hija wieġbet mhux ħatja tal-akkużi kontrtijha filwaqt li baqgħet tinżamm arrestata.

Ekonomija

Sport