Monday, December 11, 2023

L-Assoċazzjoni Kunsilli Lokali b’appoġġ lin-Nature Trust u EkoSkola Malta

Aqra wkoll

Dalgħodu, 43 skola rċevew rikonoxximent wara li matul is-sena l-oħra introduċew ptrattiċi sostenibbli fil-komunitajiet skolastiċi tagħhom.

F’ċerimonja ppreseduta mill-President ta’ Malta, H.E. Dr George Vella, rappreżentanti tal-istudenti rċevew l-eko label tal-Eko-Skejjel tal-Bandiera Ħadra hija li rikonoxxuta internazzjonalment.

L-Assoċazzjoni tal-Kunsilli Lokali li bħalissa qiegħda tfakkar it-30 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, ħadu l-opportunita biex jagħtu appoġġ lil Nature Trust – FEE Malta u EkoSkola Malta f’din l-inizjattiva.

L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali jemmnu fiċ-ċittadinanza attiva, il-parteċipazzjoni tar-residenti u l-importanza li t-tfal u ż-żgħażagħ ikunu involuti fl-ippjanar u l-konservazzjoni tal-ambjent tagħna. Għalhekk, din kienet ukoll waħda mill-avvenimenti ewlenin iffinanzjati mill-Assoċjazzjoni biex tfakkar dan l-anniversarju.

Sport