Sunday, December 22, 2024

Twissija: Jekk għandek tarbija tlibbisx dan il-kostum

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-kostum tal-karnival tat-trabi bit-tema ‘Captain America’ tal-marka NeBeans qed jiġi msejjaħ lura. Dan minħabba li ma japplikax mar-rekwiżiti tad-Direttiva Ġenerali dwar is-Sigurtà tal-Prodotti u l-istandards Ewropej applikabbli.

L-MCCAA fi stqarrija li għamlet qalet li dan il-kostum għandu korda twila tal-kappa. Din il-korda tista’ b’xin mod titgħaqqad ma’ għonq it-tarbija u għalhekk hemm ir-riskju li tikkawża strangolazzjoni.

Ritratt: DOI

Kien għalhekk li l-MCCAA qed tagħmel dak kollu meħtieġ sabiex il-kostum jitneħħa mis-suq lokali. Dawk kollha li xtraw dawn il-kostum għandhom jirritornawh lura għand tal-ħanut.

Il-bejjiegħa huma obbligati li jirrimedjaw lill-konsumaturi, liema rimedju jista’ jieħu l-forma ta’ sostituzzjoni tal-prodott imsejjaħ lura b’wieħed sigur.


Għal kull mistoqsija jew għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jikkuntattja lill-MCCAA fuq [email protected].

Ekonomija

Sport