Saturday, October 26, 2024

Twissija oħra dwar prodott bil-ġunġlien

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambejntali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed jinforma lill-pubbliku biex ma jikkonsmax il-prodott “Toasted Sesame Seed Oil” tad-ditta Arche minħabba l-possibbilta ta’ kontaminazzjoni b’pestiċida.

Il-volum tal-prodott huwa ta’ 145ml, bin-numru tal-lott huwa N282 u d-data ta’ durabbiltà minima tkun it-28 ta’ Frar tal-2021.

F’dawn l-aħħar ġimgħat instab li l-kimika ethylene oxide setgħet kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi mikrobi fil-ġunġlien esportat mill-Indja, madankollu l-użu ta’ ethylene oxide mhuwiex approvat.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 21337333 mit-8:00 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq [email protected].

Sport