Wednesday, July 24, 2024

Ħames anzjani jmutu bil-Covid-19

Aqra wkoll

Ħames anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. 

Fl-ewwel każ anzjana ta’ 88 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-22 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. 

Fit-tieni każ anzjana ta’ 93 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-13 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. 

Fit-tielet każ, anzjan ta’ 86 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fit-13 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. 

Fir-raba’ każ anzjan ta’ 95 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. 

Fil-ħames każ anzjan ta’ 77 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta’ Diċembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei. 

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani, appella biex anke matul dawn il-jiem ta’ festi nibqgħu nosservaw bir-reqqa l-miżuri kollha ta’ prevenzjoni fosthom id-distanza soċjali. 

Ekonomija

Sport