Wednesday, July 24, 2024

Ikomplu jonqsu l-każi attivi

Aqra wkoll

Mill-2,399 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 101 każ ġdid ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19. Dan filwaqt li fl-istess waqt kien hemm 123 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi jonqos għal 1,420.

Intant mill-każi li kienu rapportati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 22 każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom pożittivi għall-virus, disa’ każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, 18-il każ ta’ persuni li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn diġà pożittivi għall-virus, u tmien każi li rriżultaw minn attivitajiet soċjali.

Ekonomija

Sport