Tuesday, November 26, 2024

TWISSIJA SCAM: Erremme Business Advisors jwissu dwar messaġġi foloz

Aqra wkoll

Erremme Business Advisors jixtiequ javżaw lill-pubbliku ġenerali li isimhom bħalissa jista’ qed jintuża illegalment biex jiwettaq frodi u scams fuq l-internet. Erremme tixtieq tiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku għal rapporti riċenti ta’ attentati ta’ frodi onlajn li jinvolvu l-isem ta’ Erremme. Il-frodisti jużaw messaġġi ta’ Whatsapp, ġeneralment b’kodiċi ta’ pajjiżi barranin, u metodi oħra biex joffru impjiegi ineżistenti u jħajru lin-nies fi scams u attivitajiet malizzjużi oħra.

Għalhekk, jekk tirċievi komunikazzjoni li tgħid li hi minn Erremme bi kwalunkwe offerta jew talba, jekk jogħġbok kun konxju li dan hu attentat ta’ scam, dan għaliex Erremme qatt mhu se tissolleċita klijenti permezz ta’ tali mezzi. Bl-istess mod, Erremme ma tikkuntattjax lill-pubbliku ġenerali biex toffri opportunitajiet ta’ xogħol.

Madankollu, jekk xi ħadd li jirċievi dawn il-messaġġi għandu xi riżervi dwar il-leġittimità tagħhom, jekk jogħġbu jikkuntattja lill-Erremme Business Advisors fuq dan l-indirizz elettroniku: [email protected]

Il-membri tal-pubbliku li ġew ikkuntattjati permezz ta’ din l-iscam huma mħeġġa biex jikkuntattjaw lill-awtoritajiet kompetenti.

Sport