Monday, April 29, 2024

UCL: Bayern M. u Real Madrid fis-semi-finali

Aqra wkoll

Wara li nhar it-Tlieta,  Borussia Dortmund  u Paris St-Germain ikkwalifikaw għas-semi-finali tal-UEFA Champions League, il-bieraħ kien imiss lil Bayern Munich u Real Madrid li jagħmlu dan wara li fit-tieni leg tal-kwarti-finali għelbu lil Arsenal u lil Manchester City.

Manchester City………1

Real Madrid …………..1

(wara l-ħin barrani)

(Agg: 4-4 – Real M. 4-3 bil-pens)

Real Madrid ikkwalifikaw għas- semi-finali meta għelbu lil Manchester City 4-3 bl-għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ 1-1 għal aggregate ta’ 4-4.

L-ewwel attakk denju wasal wara disa’ minuti min-naħa ta’ Real Madrid iżda Eduardo Camavinga xxuttja ċentrali minn tarf il-kaxxa.

Peró, fit-12-il minuta, il-Madrileni fetħu l-iskor me­ta f’azzjoni mibdija minn Jude Bellingham, Vini­cius Jr xeħet cross lejn Rodrygo li x-xutt tiegħu kien dgħaj­jef, li iżda, il-goalkeeper Ederson ma żammx biex mir-rebound l-attakkant Bra­żiljan xeħet il-ballun fix- xibka.

Ir-reazzjoni tas-Citizens kienet waħda mmedjata u xeħtu lill-avversarji jirtiraw lura, tant, li fil-21 minuta kienu sfortunati li ma kisbux id-draw meta d-daqqa ta’ ras ta’ Erling Haaland ħabtet mal-mimduda. 

Sal-ewwel taqsima, Ke­vin De Bruyne u Bernardo Silva setgħu kisbu d-draw iżda ma rnexxielhomx iku­nu inċiżivi.

Fit-tieni taqisma, is-City fetħu assedju fuq il-lasti avversarji … sakemm fit-78 minuta huma kisbu d-draw min Kevin De Bruyne wara xogħol tajjeb minn Jeremy Doku … biex il-partita kel­lha tmur fil-ħin barrani … kif ukoll għall-penalties. 

Bayern Munich ……….1

Arsenal …………………0

(Agg: Bayern M. 3-2)

Bayern Munich għaddew mal-aħħar erbgħa meta għelbu lil Arsenal 1-0 għal aggregate ta’ 3-2.

Mas-suffara inizjali kie­nu Bayern li ħarġu fuq l-offensiva biex ifittxu goal kmieni u kien proprju Harry Kane li resaq viċin fil-ħames minuta iżda t-tentattiv tiegħu għadda ma’ sieq il-lasta. 

Peró, mal-ħin il-Gunners bdew jissetiljaw u bdew igaw­du mill-pussess tal-ballun iżda ma setgħux jippenetraw id-difiża avversarja.

Fit-18-il minuta, Ja­mal Musiala għadda lejn Leroy Sane li minn qagħda ideali ġie antiċipat fil-ħin.

Fil-25 minuta, Musiala ġiegħel lill-goalkeeper, David Raya, iwettaq save stupend.

Fit-33 minuta, Gabriel Martinelli seta’ għamel aħjar għal Arsenal meta temm azzjoni personali b’xutt ċentrali.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Bayern kienu sfortunati meta laqtu l-lasti darbtejn minn daqqa ta’ ras ta’ Leon Goretzka u mir-rebound ta’ Raphael Guerreiro. 

Iżda fl-64 minuta, huma skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa minn daqqa ta’ ras ta’ Joshua Kimmich mill-cross ta’ Guerreiro.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport