Tuesday, November 19, 2024

TWISSIJA TA’ XITA QAWWIJA

It-twissija tgħodd għal għada bejn 6am u 6pm

Aqra wkoll

Is-sit tat-tbassir tat-temp Maltese Islands Weather ftit tal-minuti ilu ħareġ twissija ta’ xita qawwija li se tolqot il-gżejjer Maltin għada s-Sibt. It-twissija tgħodd għal għada bejn 6am u 6pm.

It-tbassir qed jgħid li front kiesaħ abbinat ma’ sistema ta’ pressjoni baxxa intensa fuq l-Italja se jgħaddi minn fuq iċ-ċentru tal-Mediterran għada s-Sibt.

Dan se joħloq diversi maltempati bir-ragħad estensivi fuq u madwar il-gżejjer Maltin. Uħud minn dawn se jaffettwana direttament. Is-sit jgħid li qed nistennew xita bir-ragħad qawwija u minħabba li l-maltemp se jkun miexi bil-mod nistennew li x-xita tkun persistenti u għalhek ammonti kbar ta’ xita jistgħu jolqtuna.

Maltese Islands Weather qed ibassar li minkejja qatt ma kienet l-intenzjoni tas-sit li joħloq paniku, “qed naraw li s-sitwazzjoni taf tkun waħda intensa sew u għalhekk iddeċidejna li noħorġu din it-twissija.”

Is-sitwazzjoni tkompli b’ħalbiet tax-xita iżolati li jistgħu jkunu qawwijin u bir-ragħad kultant matul is-Sibt filgħaxija u l-jum kollu tal-Ħadd 27 ta’ Novembru.

Ekonomija

Sport