Elon Musk, li huwa l-proprjetarju l-ġdid ta’ Twitter, qal li n-negozji u l-gvernijiet li jużaw dan is-sit jista’ jkun li se jkollhom iħallsu miżata “żgħira” biex jibqgħu preżenti fuq din il-pjattaforma soċjali. Min-naħa l-oħra, il-bqija tal-utenti se jibqgħu jgawdu din il-pjattaforma bla ħlas.
Il-bord ta’ Twitter kien qabel li jbigħ is-sit lil Musk għall-prezz straordinarju ta’ $44 biljun. Musk qal li huwa jrid li jagħmel lil dan il-pjattaforma aħjar billi jintroduċi numru ta’ karatteristiċi ġodda.
L-iktar punt li għamel ħoss wara li Musk ħa f’idejh is-sit Twitter, kienet il-kummenti tiegħu li jrid inaqqas iċ-ċensura minn fuq din il-pjattaforma. Bosta kienu dawk li ma qablux ma’ dan u qalu li huma jinsabu inkwetati li dan jista’ jwassal għal żieda fid-diskors ta’ mibegħda.