Monday, December 23, 2024

U/21 – Illum Malta tilgħab kontra l-Irlanda ta’ Fuq

Aqra wkoll

It-team Malti ta’ Taħt il-21 sena llum se jtemm il-programm tiegħu għas-sena 2021 meta se jiffaċċja lill-Irlanda ta’ Fuq fil-Mourneview Park f’Belfast. Il-logħba tibda fit-8.30 pm ħin ta’ Malta.

Il-coach Gilbert Agius qal li l-coaches tat-timijiet nazzjonali tagħna qed jimxu ‘l quddiem, biex jaħdmu fuq wirjiet aħjar ħalli mbagħad isegwu riżultati tajbin.

“Nhar il-Ġimgħa kontra Spanja u min­kejja t-telfa ta’ 5-0 kien hemm xi punti notevoli b’logħob pożittiv fis-sitwazzjonijiet min­għajr ballun, kompatti u organizzati b’mod difensiv, kif ukoll il-kundizzjoni fiżika tal-players tiegħi ġibdet l-għajn, jiġru bla heda u jilagħbu b’qalbhom kontra team Spanjol li kien qed jispara fuq iċ-ċilindri kollha f’termini ta’ tempo għoli, pressar ’il fuq fil-pitch u l-intensità tal-partita”.

Agius tenna li, “Il-players tiegħi qed jir­kupraw sew qabel il-logħba ta’ nhar it-     Tlieta, għalkemm dejjem hemm is-sitwaz­zjoni tal-għejja għalina meta nivvjaġġaw għal-logħbiet barra minn Malta, iżda l-mo­ral huma għoljin hekk kif nippruvaw nerġ­għu ninġabru flimkien, nieħdu l-pożittivi kollha u nirritornaw lura bil-qawwa mil- logħba kontra Spanja”.

Il-coach Agius spjega wkoll il-fatt li l-avversarji tagħna tal-lum se jkunu determinati bis-sħiħ li jpattu għat-telfa 4-1 li ġarrbu kontrina xahrejn biss ilu fil-ftuħ tal-grupp.

 “L-Irlanda ta’ Fuq sakemm tpoġġew taħt is-sejf minn Malta lura f’Settembru fis-Centenary Stadium, tilfu biss kontra ż-żewġ avversarji qawwija ta’ dan il-grupp, ir-Russja u Spanja, filwaqt li kienu sodi u rebħu wkoll fil-partiti tagħhom kontra s-Slovakkja u l-Litwanja. 

“Għalhekk irridu nkunu fil-quċċata tal- logħba tagħna, nuru ħeġġa, nevitaw żbalji stupidi, inkunu aktar aggressivi fil-logħob offensiv, u napprofittaw fis-sitwazzjonijiet   mejta tal-ballun.

“Dan kollu jista’ jwassalna għal dak li qed nimmiraw għalih li qed iżid mal-punti tagħna f’dan il-grupp, barra minn hekk nagħmlu l-vjaġġ lura lejn id-dar bi prestaz­zjoni qawwija taħt rasna wara d-90 minuta hawn f’Belfast”, temm jgħid il-coach Agius.

Ekonomija

Sport