Wednesday, July 24, 2024

U/21: Malta tegħleb lill-Belarus b’goal lejn it-tmiem

Aqra wkoll

Malta………………..1

Belarus……………..0

Wara t-telfa ta’ 2-0 ta’ nhar l-Erbgħa li għadda, it-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena deher iktar kumpatt u tattikament dixxiplinat u rnexxielu jegħleb lill-Belarus bl-iskor ta’ 1-0, b’goal minn penalty lejn tmiem il-partita.

Kienu l-Maltin li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss tliet minuti, Andrew Borg kellu x-xutt tiegħu minn pożizzjoni ideali li ntemm ftit barra.

Fil-45 minuta, reġa’ kien Andrew Borg li ttanta xortih permezz ta’ xutt mill-viċin li iżda ntemm barra. 

Fit-82 minuta, il-Belarus qalgħu daqqa ta’ ħarta meta tkeċċa għalihom permezz ta’ karta ħamra diretta, il-player Vladislav Zhuravlev.

Malta rebħet penalty żewġ minuti biss wara, li inkariga ruħu minnu Mattia Veslji li iżda kellu t-tentativ tiegħu salvat mill-goalkeeper tal-Belarus, Artisiom Karatai.

Dan sabiex fl-84 minuta, ANDREA ZAMMIT għal darb’oħra minn penalty ma żbaljax.

Malta U21: 23-Dylan Ciappara, 4-Jake Vassallo, 5-Matthew Ellul (21-Sven Xerri 72), 9-Jake Engerer (17-Gianluca Sciberras 62), 11-Aleandro Garzia, 13-Nikolai Micallef, 15-Mattias Ellul (3-Owen Spiteri 87), 16-Jake Micallef, 18-Andrew Borg, 22-Keyon Ewurum (10-Andrea Zammit 72), 24-Nathan Agius (7-Mattia Veselji 62) Coach: Ivan Woods

Belarus U21: 1-Artisiom Karatai, 2-Arseni Aheyeu (6-Daniil Dushevskiy 62), 3-Alaksandr Frantsuzau (11-Trofim Melnichenko 46), 4-Aliaksei Dunayeu (13-Artur Nazarenko 77), 8-Alaksandr Huz (14-Pavel Kotlyarov 62), 9-Uladzislau Varaksa (17-Rodion Pechura 62), 10-Ruslan Mialkouski (20-Vladislav Zhuravlev 62), 15-Vadzim Martsinkevich (22-Nikita Baranok 46), 18-Kiryl Homanau, 19-Mikita Krasnou, 21-Mikita Burak Coach: Siarhei Yaroma

Referee: Trustin Farrugia Cann

Ass. Referees: Duncan Sultana, Duncan Spencer

Raba’ Uffiċjal: Ezekiel Barbara

Skorers: A. Zammit pen. 84 (M)

Tkeċċa: V. Zhuravlev 82 (B)

Ammoniti: V. Martinkevich, A. Dunaev (B), J. Vassallo (M)

Ekonomija

Sport