Monday, December 30, 2024

U/21: Malta ttemm l-impenji b’telfa kbira kontra Spanja

Aqra wkoll

Spanja………………6

Malta………………..0

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena temm l-impenji tiegħu fi Griupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena b’telfa kbira ta’ 6-0 kontra Spanja, bl-Ispanjoli jkunu diġá aċċertati mir-rebħa sa tmiem l-ewwel taqsima hekk kif  diġá kienu erba’ goals minn fuq.

Il-Maltin xejn ma rreġistraw rekord pożittiv f’dan il-grupp hekk kif skorjaw biss erba’ goals u sofrew xejn inqas minn 35 goal.

L-Ispanjoli għamlu l-intenzjonijiet taghhom ċari mal-ftit tal-partita u fetħu l-iskor wara biss ħames minuti meta Peque Fernandez għadda tajjeb lejn SAMUEL ONORODION li minn pożizzjoni ideali ma ħafirx.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fis-27 minta irduppjaw l-iskor meta l-istess SAMUEL OMORODUION wara li rċieva mingħand Jose Angel Carmona mill-viċin tefa’ ġewwa.

U jidher li l-Isanjoli ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif fid-39 minuta f’azzjoni kważi foto-kopja tal-ewwel goal, Peque Fernandes provda l-assist lil SAMUEL ONORODION li tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper Malti, Hugo Sacco.

Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Ispanjoli u fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima skorjaw ir-raba’ goal meta reġa’ kien SAMUEL ONORODION li sab ix-xibka, din id-darba wara li rċieva mingħand Dean Huijsen, biex b’hekk irreġistra poker personali.

Spanja komplew jixxalaw u fis-56 minuta skorjaw il-ħames goal meta Yeremay Hernandez għadda tejjeb lejn PEQUE FERNANDEZ li minn qagħda ideali ma żbaljax.

Huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tas-sitt goal minn ROBERTO FERNANDEZ fis-76 minuta.

Bl-Ispanjoli jkunu ilhom diġá aċċertati mir-rebħa u mit-tliet punti, huma naqsu xi ftit mir-rendiment tagħhom u komplew jamministraw il-vantaġġ komdu li kellhom  sa tmiem il-partita.

Spanja U21: 13-Aitor Fraga, 2-Jose Angel Carmona, 4-Rafa Marin, 14-Dean Huijsen, 22-Hugo Bueno (3-Javi Lopez 70), 6-Javier Guerra, 21-Marc Casado (8-Benat Turrientes 79), 20-Hugo Alvarez, 18-Peque Fernandez (18-Pablo Torre 73), 12-Yeremay Hernandez (19-Roberto Fernandez 59), 9-Samuel Omorodion (11-Raul Moro 59) Coach: Santi Denia

Malta U21: 12-Hugo Sacco, 2-Zean Leonardi, 17-Sven Xerri, 16-Jake Micallef (19-Nathan Agius 91), 3-Owen Spiteri, 15-Matthias Ellul, 6-Karl Mohnani (9-Jake Engerer 73), 20-Kurt Bondin, 10-Andrea Zammit (11-Shaisen Attard 92), 18-Andrew Borg, 21-Isaiah Chukunyere (22-James Vella 58) Coach: Ivan Woods

Referee: Georgi Ginchev (Bulgarija)

Ass. Referees: Georgi Doynov, Ivo Kolev (Bulgarija)

Raba’ Uffiċjal: Mariyan Grebencharski (Bulgarija)

Skorers: S. Omorodion 5, 27, 39, 46, P. Fernandes 56, R. Fernandez 76 (S)

Ammoniti: Ħadd

Ekonomija

Sport