Il-coach nazzjoonali ta’ Taħt il-21 sena, Davide Mazzotta, sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 28 player għal-logħbiet ta’ ħbiberija li ġejjin kontra San Marino.
Malta se tilgħab kontra San Marino barra minn xtutna fl-Istadium Ezio Conti di Dogana, fil-logħbiet internazzjonali ta’ Ġunju.
It-team ta’ Taħt il-21 sena se jilgħab l-ewwel kontra San Marino, nhar l-Erbgħa 4 ta’ Ġunju 2025, fis-6.00 pm … bit-tieni waħda tintlagħab, is-Sibt 7 ta’ Ġunju, 2025, fis-6.00 pm ukoll.
Din se sservi bħala it-tieni sett ta’ partiti internazzjonali tal-coach Mazzotta fir-responsabbiltá tat-team nazzjonali ta’ dan il-livell, wara li mexxihom għal draw ta’ 1-1 f’logħba ta’ ħbiberija internazzjonali kontra l-Estonja, f’Marzu li għadda. Din se tkun ukoll importanti biex tgħin lit-team żagħżugħ jikseb aktar esperjenza internazzjonali.
L-iskwadra magħżula tinkludi numru ta’ players ibbażati barra l-pajjiż, biex jenfasizzaw l-opportunitajiet akbar għall-players Maltin barra minn xtutna.
L-iskwadra ta’ 28 player magħżula mill-coach Mazzotta hija din:
Goalkeepers: Luca Camilleri (Zabbar St Patrick), Liam Frendo (Valletta), Karl Sargent (Birkirkara), Hugo Sacco (Hibernians).
Difensuri: Malik Amin (Sydney FC – Awstralja), Nathan Cross (Birkirkara), Mattias Ellul, Kean Scicluna, Sven Xerri (Hamrun S.), Finley Ging (Boston United – Ingilterra), Benjamin Hili (Balzan), Tristian Viviani (San Diego – Stati Uniti), Aiden Zammit (Pietá H.)
Midfielders: Zak Barbara (Valletta), Andrew Borg (Gzira U.), Jake Grech (Balzan), Daniel Letherby (Hamrun S.), Lucas Scicluna (Central Coast Mariners FC – Awstralja).
Attakkanti: Nicholas Agius (Birkirkara), Alfie Bridgman (Fareham Town FC – Ingilterra), Brooklyn Borg (Gzira U.), Isaiah Chukunyere (Hibernians), Antiago De Flavia (Floriana), Ensell Attard (Melita), Timothy Eviparker (Hibernians), Sean Gatt (Zabbar SP), Keyon Ewurum (Valletta), Elliott (Chesterfield FC – Ingilterra)