Irlanda ta’ Fuq …0
Malta …………….2
F’partita mill-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt il-21 sena, li ntlagħbet f’Mourneview Park, f’Lurgan, Malta għelbet lill-Irlanda ta’ Fuq 2-0.
Fl-ewwel taqsima, l-Irlandiżi rebħu l-inizjattiva u resqu viċin minn Trai Hume, Ethan Galbraith u Paul O’Neill.
Peró fit-33 minuta, hum spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta waqt li kien se jingħata corner minn Galbraith, Hume taħt il-lasta Maltija, ta daqqa ta’ sieq minn wara lil Ayrton Attard biex intwera l-karta l-ħamra.
Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maltin fetħu l-iskor minn Marcus Grima li minkejja li kien issikkat minn bosta players barra l- kaxxa, venven xutt għal ġox- xibka.
U fid-89 minuta, id-debuttant Andrea Zammit għeleb in-nasba tal-offside biex aċċerta r-rebħa Maltija b’xutt għar-rokna tax-xibka.
Irlanda ta’ Fuq – Liam Hughes, Aaron Donnelly, Kofi Balmer, Olisin Smyth (Munce Caolan Boyd 72), Trai Hume, Finn Cousin-Dawson, Alfie Mccalmont, Ethan Galbraith, Paul ONeill (Ryan Waide 73), Paddy Lane (John McGovern 72), Dale Taylor – Coach: John Schofield
Malta: Cain Formosa, Carlo Lonardelli Zammit, Christian Gauci (Adam Bradshaw 26), Matthew Ellul, Alejandro Garzia, Marcus Grima (Gianluca Sciberras 62), Ayrton Attard, Andreas Vella, Jake Engerer, Jamie Carbone (Andrea Zammit 78), Jake Ghio (Bradley Sciberras 62) – Coach: Gilbert Agius
Referee – Kari A. Hovdanum (Faroe Islands)
Assistenti – Jan Hermansen, Jorleif Djurhuus (Faroe Islands)
Ammoniti – A. Attard, A. Vella, M. Ellul (M)
Tkeċċa – T. Hume 33 (I)