Friday, April 26, 2024

Illum tingħata l-aħħar tislima lil Owen Briffa

Aqra wkoll

Illum se tingħata l-aħħar tislima lil Owen Briffa, il-ġuvni ta’ 20 sena li miet ħabta u sabta ftit tal-jiem ilu.

Il-funeral se jsir illum fis-1.30p.m. fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Anna Marsaskala.

Fl-aħħar jiem ma naqsux għadd kbir ta’ messaġġi ta’ kondoljanzi mingħand sħabu u persuni li kienu jafuh. Bosta ddeskrivewh bħala bniedem uniku, maħbub minn kulħadd speċjalment b’dik it-tbissima li dejjem kellu fuq wiċċu.

Owen kien akkanit ħafna tat-tim tal-futbol tal-Belt Valletta u tat-tim tal-Manchester United.

Fost dawk li sellmu l-memorja taż-żgħażugħ Belti kien hemm is-Sindku tal-Belt Alfred Zammit fejn qal: “Kif tista’ ssabbar omm u missier meta ibnek imut ħabta u sabta. Nitlob għalikom għeżież ġenituri ta’ Owen biex il-Mulej Ġesù jieqaf magħkom f’dan il-mument wisq diffiċli.”

Sport