Saturday, December 21, 2024

U/21: Wirja qalbiena mhux biżżejjed għall-Maltin

Aqra wkoll

UNGERIJA… 2

MALTA…….. 1

Wirja qalbiena mit-team nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena ma kinetx biżżejjed hekk kif fir-round ta’ kwali­fikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew, safa megħlub bl-iskor ta’ 2-1 mill-Ungerija.

Kienu dawn tal-aħħar li ħolqu l-ewwel attakk, fis-seba’ minuta, iżda minn pożizzjoni ideali, Barna Benczenleitner falla l-mira.

Il-Maltin wieġbu ħames minuti wara permezz ta’ freekick ta’ Mattia Veselji u mir-rebound Isaiah Chu­kun­yere  xeħet barra.

Iżda, sekondi biss wara, l-Ungerija fetħu l-iskor permezz ta’ ANDRAS NA­METH li minn qagħda tajba ma ħafirx.

Fil-25 minuta, il-Magyars irduppjaw meta  Barna Benczenleitner ipprovda l-assist lil ZSOMBOR GRUBER li kien pront għeleb lill-goalkeeper Malti, Hugo Sacco.

Tliet minuti wara l-mistrieħ, il-Maltin ingħataw pe­nalty meta l-goalkeeper, Armin, Pecsi wettaq foul fil-kaxxa fuq Kurt Bondin. Mill-11-il metru,  ANDREA ZAMMIT,  xeħet fir-rokna tax-xibka hekk kif tefa’ lill-goalkeeper fuq in-naħa opposta.

Ungerija:: 12-Armin Pecsi, 8-Petar Barath, 2-Antal Yaakobishvili, 6-Mark Csinger, 7-Gyorgy Komaromi (23-Vajda Botond 88), 18-Michael Okeke (14-Tamas Szucs 63), 5-Mark Kosznovsky, 20-Milan Vitalis (17-Csanad Vilmos Denes 63) , 19-Barna Benczenleitner, 21-Zsombor Gruber (10-Dominik Kocsis 63), 8-Andras Nameth (11-Milan Gabor Klausz 93) – Coach: Zoltan Szelesi

Malta: 12-Hugo Sacco, 2-Zean Leonardi (6-Karl Mohnani 85), 17-Sven Xerri, 16-Jake Micallef, 3-Owen Spiteri, 15-Mattias Ellul (13-Nikolai Micallef 85), 10-Andrea Zammit (14-Matthew Debattista 72), 20-Kurt Bondin, 18-Andy Borg, 21-Isaiah Chukunyere (9-Jake Engerer 82), 7-Mattia Veselji – Coach: Ivan Woods

Referee: Mervan Bejtullahu (Kosovo)

Ass. Referees: Fatmir Sekiraqa, Arbnor Bullatovci (Kosovo)

Raba’ Uffiċjal: Mentor Ajeti (Kosovo)

Skorers: A. Nemeth 13, Z. Gnuber 25 (U), A. Zammit pen. 48 (M)

Ammoniti: M. Csinger, G. Komaromi, A. Pecsi (U), M. Veselji, M. Debattista (M)

Ekonomija

Sport