Hekk kit it-tensjoni fid-dinja kienet qawwija ħafna fis-sigħat li għaddew bid-dikjarazzjoni ta’ Trump li jeqred iċ-ċiviltà Iranjana, wara li tħabbar il-ftehim u sar magħruf x’fih, bdew għadd ta’ paraguni. Fl-Istati Uniti, wieħed mill-paraguni li beda jiġi imbuttat kien dak li jqabbel dak li akkwista Barack Obama meta kien President tal-istari Uniti u dak li se jkollu jinnegozja Trump fin-negozjati li se jsiru b’rabta mal-waqfien mill-ġlied.
Qiegħed jingħad ċar u tond li bil-ftehim tal-President Obama, l-Istrett ta’ Hormuż kien miftuħ għax qatt ma ngħalaq. Bil-ħidma ta’ Obama saru limitazzjonijiet fuq l-arrikkment tal-uranju tal-Iran. Ingħad ukoll li bil-ħidma ta’ Obama, l-Iran kien aċċetta li ma jipproduċix armi nukleari.
Fl-Istati Uniti qiegħed jingħad ċar u tond li taħt il-Presidenza ta’ Obama, l-ispetturi internazzjonali tħallew jidħlu fl-Iran biex jikkonfermaw konformità sħiħa.
Mill-banda l-oħra imm qiegħed jingħad li bil-waqfien mill-ġlied għal ġimagħtejn taħt il-Presidenza ta’ Trump, l-Istrett ta’ Hormuż se jinfetaħ iżda taħt kontroll dirett Iranjan, possibilment b’tariffa minn kull bastiment li jgħaddi minn hemm. Qiegħed jingħad li Dak il-ħlas jinqasam bejn l-Iran u l-Oman u li l-Istrett ingħalaq biss għax Trump beda l-gwerra tiegħu.
Qiegħed jingħad li issa l-Iran qiegħed f’pożizzjoni li m’għandux għalfejn jiggarantixxi limitu fuq l-arrikkiment tal-uranju u li l-istess Iran ma jiggarantixxix li qatt mhu se jiżviluppa armi nukleari.
Qiegħed jingħad ukoll li l-“proposta ta’ 10 punti” tal-Iran hija “bażi vijabbli li fuqha jistgħu jiġu nnegozjati.” Jekk Trump jirratifika dik il-proposta se jkun ifisser li “ irid ineħħi s-sanzjonijiet primarji u sekondarji kollha fuq l-Iran. Jirtira l-militar tal-Istati Uniti għalkollox mill-Lvant Nofsani. Iwaqqaf l-attakki kollha fuq l-Iran u l-alleati tiegħu. Jirrilaxxa l-assi Iranjani ffriżati.”
Fi kliem analisti fl-Istati Uniti, ikun xi jkun il-mod kif tanalizza dan il-waqfien mill-ġlied, dan jammonta għal rebħa massiva għall-Iran. Huma rreżistew l-attakki illegali, it-theddid ta’ ġenoċidju nukleari, u ħarġu min-naħa l-oħra jitbissmu.
Qegħdin jgħidu ċar li Obama wettaq ħafna aktar minn Trump u dan mingħajr tixrid ta’ demm. Obama ma splodiex skola mimlija bniet żgħar, ma wettaqx delitti tal-gwerra tal-massa kontra l-poplu Iranjan, u lanqas ma kkawża l-mewt ta’ suldati Amerikani fi gwerra ta’ aggressjoni.

