Sunday, December 22, 2024

…u l-Kunsilli Lokali

Aqra wkoll

Ma rridx nimlielek rasek b’ħafna numri, imma forsi jkunu tajbin biex tieħu stampa aktar ċara dwar dak li rriżulta mill-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. U biex nasal għal dan se nqabbel dak li kien ġara fl-Elezzjonijiet tas-sena 2019 u dak li sar f’dawk tat-8 ta’ Ġunju 2024.

ELEZZJONIJIET 2019
Voti Reġistrati: 433,596
Voti Mitfugħa: 271,569 (62.6%). Differenza ta’ 162,027
Voti Validi: 259,674
Voti Invalidi: 11,895
Ċifri li jfissru li 27.4% ta’ dawk eliġibbli ma ġabrux il-vot u/jew ma marrux jivvotaw. Meta tgħodd l-ammont ta’ dawk li ma ġabrux il-vot/u ma vvotawx flimkien mal-voti invalidi ssib li ċ-ċifra tammonta għal 173,922.

KIF TQASSMU L-VOTI
Partit Laburista: 150,514 (57.96%)
Partit Nazzjonalista: 103,398 (39.82%)
Ċifri li jfissru li l-Partit Laburista kellu maġġoranza ta’ 47,116.

PARTITI ŻGĦAR U INDIPENDENTI
F’dawk l-Elezzjonijiet kienu kkontestaw l-Alternattiva Demokratika (1,997 vot); Floriana l-Ewwel (118); Għarb l-Ewwel (417); Moviment Patrijotti Maltin (376); Partit Demokratiku (555); Kandidati Indipendenti (2,276). Ċifri li jfissru li bejniethom ġabru 5,739 vot.

ELEZZJONIJIET 2024
Voti Reġistrati: 457,343
Voti Mitfugħa: 272,607 (59.6%). Differenza ta’ 184,736
Voti Validi: 258,615
Voti Invalidi: 13,992
Ċifri li jfissru li 40.4% ta’ dawk eliġibbli ma ġabrux il-vot u/jew ma marrux jivvotaw. Meta tgħodd l-ammont ta’ dawk li ma ġabrux il-vot/u ma vvotawx flimkien mal-voti invalidi ssib li ċ-ċifra tammonta għal 198,728. Żjieda ta’ 24,806 fuq tas-sena 2019.

KIF TQASSMU L-VOTI
Partit Laburista: 134,767 (52.11%). Ċifra u persentaġġ li jfissru li bejn Elezzjoni u oħra l-Partit Laburista naqqas 15,747 vot (5.85%).
Partit Nazzjonalista: 114,512 (44.28%). Ċifra u persentaġġ li jfissru li bejn Elezzjoni u oħra l-Partit Nazzjonalista żied 11,114 vot (4.46%).
Ċifri li jfissru li l-Partit Laburista kellu maġġoranza ta’ 20,255. Din iċ-ċifra tfisser ukoll li l-maġġoranza Laburista naqset b’26,861 vot.

PARTITI ŻGĦAR U INDIPENDENTI
Fl-Elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju l-Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku flimkien ġabru 2,124 vot – tnaqqis ta’ 428; Floriana l-Ewwel (194 – żieda ta’ 76); Għarb l-Ewwel (591 – żieda ta’ 174); Partit Demokratiku (555); Grupp Residenti Beltin (150); Partit Popolari (227); Kandidati Indipendenti (6,050 – żieda ta’ 3,774). Ċifri li jfissru li dawn kollha bejniethom ġabru 9,336 vot. Għandu jingħad li l-Grupp Residenti Beltin u l-Partit Popolari ma kienux ikkontestaw l-Elezzjonijiet tas-sena 2019 filwaqt li l-Moviment Patrijotti Maltin din id-darba ma kkontestax.

Meta tqabbel iċ-ċifri globali taż-żewġ elezzjonijiet issib li Voti Reġistrati żdiedu bi 23,747. Issib ukoll li l-Voti Validi fl-2024, minkejja li żdiedu l-Voti Reġistrati, naqsu b’1,059 filwaqt li l-Voti Invalidi żdiedu b’2,097.

Jista’ jkun li b’dawn iċ-ċifri kollha ħawwadtlek moħħok! Imma li hu żgur hu li ż-żewġ partiti l-kbar għandhom ħafna x’jagħmlu. Minkejja li l-Partit Laburista għal darb’oħra rebaħ dawn l-Elezzjonijiet u l-Partit Nazzjonalista reġa’ għal darb’oħra tilifhom. Il-Partit Laburista jrid jara kif naqqas b’mod drastiku l-maġġoranza li kellu filwaqt li l-Partit Nazzjonalista, minkejja li stejqer sew, irid jara għala xorta mhux fdat mill-maġġoranza. Iż-żewġ partiti flimkien iridu jaraw għala qed ikompli jonqos l-interess ġenerali fil-Kunsilli Lokali.

[email protected]

Ekonomija

Sport