Sunday, November 24, 2024

UCL: Chelsea u Villarreal fil-kwarti-finali … Juventus eliminati

Aqra wkoll

Meta ntlagħab ir-raba’ programm tat-tieni leg tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League, Chelsea u Juventus għaqqdu l-kwadru tal-kwarti-finali meta għelbu lil Lille u Juventus rispettivament … biex ingħaqdu ma’ Bayern Munich, Liverpool, Real Madrid, Manchester City, Atletico Madrid u Benfica.

Lille v Chelsea – Barra minn darhom Chelsea dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Lille bl-iskor ta’ 2-1 għal aggregate ta’ 4-1.

Kienu l-Pensioners li ħar­­ġu tajjeb  iżda kontra x-xejra tal-logħob, fis-37 minuta, il-Franċiżi ngħataw penalty għal hands ta’ Jorginho li minnu Burak Yilmaz ma żbaljax.  Peró fit- tielet minuta tal-ħin miżjud tal-ewwel taqsima Christian Pulisic kiseb id-draw għal Chelsea. 

U Cesar Azpilicueta (71) aċċerta r-rebħa għat-team immexxi mill-coach Tho­mas Tuchel.  

Juventus v Villarreal – Juventus sfaw megħluba f’darhom 3-0 kontra Villarreal biex dawn tal-aħħar għaddew b’aggregate ta’ 4-1. 

Sa mis-suffara inizjali, Juventus ħarġu fuq l-offensiva fit-tentattiv li jiftħu l-iskor kmieni. Peró Villarreal għarfu jassorbu l-attakki tal-avversarji. 

Fil-11-il minuta, Juventus resqu viċin b’tentattiv ta’ Alvaro Morata filwaqt li 10 minuti wara huma kienu sfortunati meta Mattia De Sciglio xeħet cross fil-baxx fejn Dusan Vlahovic kien ġej bil-ġirja iżda l-konklużjoni tiegħu ħabtet mal-mimduda. 

It-tieni taqsima kienet waħda bilanċjata iżda l-Ispanjoli ngħataw penalty wara li Daniele Rugani waqqa li Giovani Lo Celso fil-kaxxa … li minnu Gerard Moreno (78) ma żbaljax. 

Fil-85 minuta, Pau Torres aċċerta l-kwalifikazzjoni meta rdoppja għal Villarreal. Fil-ħin miżjud huma ssiġillaw ir-rebħa b’pe­nalty ta’ Arnaut Danjuma wara ħands ta’ Matthijs De Ligt. 

Sport