Saturday, May 4, 2024

UCL: Cristiano Ronaldo jerġa’ jkun protagonista għal Manchester United

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni programm tat-tielet ġur­nata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League, Manchester United dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 3-2 bil-protagonista jkun Cristiano Ronaldo.

Grupp E

Barcelona ……1

Dinamo Kiev.. 0

Wara żewġ telfiet, Barcelona laqgħu lil Dinamo Kiev u għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0 biex ħadu ftit nifs biex jib­qgħu jittamaw għall-kwalifikazzjoni.

L-uniku goal tal-partita wa­sal minn Gerard Pique (37) wara li l-Katalan kienu ilhom 287 minuta ma jiskorjaw f’din il-kompetizzjoni.

Benfica…………..0

Bayern Munich… 4

Barra minn darhom Bayern Munich għelbu lil Benfica bl-iskor ta’ 4-0.

Huma kellhom żewġ goals imħassra … l-ewwel minn Robert Lewandowski li mess il-ballun b’idu qabel xeħtu fix-xibka u mbagħad dak ta’ Thomas Muller minħabba pożizzjoni ta’ offside.

Iżda mbagħad skorjaw erba’ darbiet minn Leroy Sane (70, 88),  Everton (80 o.g) u s-solitu Robert Lewandowksi (82).

Grupp F

Manchester United…..3

Atalanta……………….2

Manchester United laqgħu lil Atalanta  u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2.

Mario Pasalic (15) u Merih Demiral (28) fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals għall-Bergamaschi iżda Marcus Rashford (53) u Harry Magurie (75) u Cristiano Ronaldo (81) dawru r-riżultat favur ir-Red Devils.

Young Boys………1

Villarreal ………..4

Villarreal mar­ru l-Isvizzera u għelbu lil Young Boys bl-iskor ta’ 4-1 bil-goals jaslu minn Yeremi Pino (6), Gerard Moreno (16), Alberto Moreno  (88) u Chukweze (90) filwaqt li Elia Meschack (77) skorja għat-team ospitu. 

Grupp G

Salzuburg……………………………… 3

Wolfsburg…………………………….. 1

Salzburg saħħew l-ewwel post tal-klassifika meta ospitaw lil Wolfsburg u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-1.

Il-goals waslu minn Karim Adeyemi (3) u doppjetta ta’ Noah Okafor (65, 77) filwaqt li Lukas Nmecha (15) kiseb id-draw momentarju għall- Ġermaniżi.

Lille………….0

Sevilla………0

Lille u Seville spiċċaw il-konfront tagħhom fi draw ta’ mingħajr goals.

Grupp H

Chelsea…….. 4

Malmo………. 0

Chelsea laqgħu lill-Isvediżi ta’ Malmo u ddominawhom għal kollox biex għelbuhom bl-iskor ta’ 4-0, bl-iskorers ikunu Andreas Christensen (9), Jorginho (21 pen, 57 pen) u Kai Havertz (48).

Zenit St Petersburg….0

Juventus ……………..1

Juventus marru r-Russja u kellhom jitħabtu biex għelbu lil Zenit St Petersburg bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal jasal minn Dejan Kulusevski (86).

Sport