Saturday, November 16, 2024

UCL: Il-media Taljana ssostni li Milan u Juventus ġew “misruqa”

Aqra wkoll

Iż-żewġ partiti validi mir-raba’ ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League, li fihom kienu nvoluti Juventus u Milan, ġabu magħhom reazzjoni rabjuża mill-media Taljana. 

L-eks referee u llum opinjonista, Luca Marelli, sostna li ż-żewġ timijiet ġew “misruqa”.

Filwaqt li l-Bianconeri ġew megħluba 2-0 f’Iżrael minn Maccabi Haifa, ir-Rossoneri batew minn deċiżjoni kontroversjali meta Fikayo Tomori ntwera l-karta l-ħamra, fit-telfa ta’ 2-0 kontra Chelsea. 

“Iż-żewġ timijiet Taljani kienu sfortunati – fejn Juventus ma ngħatawx penalty fuq Juan Cuadrado. Min-naħa ta’ Milan, dawn ġew ikkundizzjonati minn żewġ deċiżjonijiet żbaljati – il-penalty li ngħata favur Chelsea u t-tkeċċija ta’ Tomori.” 

Cuadrado twaqqa’ fil-kaxxa minn Pierre Cornud, iżda r-referee ħalla l-logħob għaddej u l-VAR ma intervjenax.

F’San Siro, Tomori darbtejn poġġa idu fuq l-ispalla ta’ Mason Mount hekk kif kien qed jiġri lejn il-lasta.

Ir-referee għażel li jsaffar penalty u karta ħamra biex waqqaf opportunitá ċara ta’ skor, hekk kif billi ma għamilx tackle, ma kienx qed jipprova jilgħab il-ballun.

Madankollu, huwa ġust ukoll li wieħed jgħid li l-kuntatt kien estremament minimu, tant, li Mount ma kienx imfixkel mill-jkompli l-azzjoni … li ntemmet f’idejn il-goalkeeper Milanista. 

Ekonomija

Sport