Sunday, December 22, 2024

UCL: Il-UEFA tikkonferma s-‘Swiss Format’ mingħajr il-gruppi

Aqra wkoll

Il-UEFA ppreżentat uffiċjalment il-bidla għall-Swiss Format ta’ sistema ta’ kampjonat fiċ-Champions League, li ħa post il-fażi tal-gruppi li ilhom preżenti għal diversi deċennji, u żiedet erba’ timijiet oħra fil-kompetizzjoni.

Għat-timijiet li ma jgħaddux mill-istadju tal-kampjonat, mhux se jkun hemm kwalifika għall-Europa League jew għall-Confe­rence League permezz tal-pożizzjoni.

Mill-istaġun li ġej 36 team se jikkompetu fil-fażi tal-kampjonat, bit-timijiet jilagħbu tmien logħbiet kontra timijiet imtella’ minn kull wieħed mill-erba’ pots issidjati. Huma mhux se jilagħbu kontra kull team darbtejn, iżda minflok se jiffaċċjaw tmien avversarji differenti f’darhom jew barra minn darhom.

It-timijiet li jikkwalifikaw mal-ew­wel tmienja se jkunu ssidjati fir-Round tal-Aħħar 16, filwaqt li timijiet li jispiċċaw mid-9 sa l-24 post se jilagħbu kontra xulxin f’round tal-play-off biex jimlew dawk it-tmien postijiet kontra l-aqwa seeds.

It-12-il team li jifdal li jispiċċaw fil-qiegħ tal-klassifika se jiġu eliminati għal kollox mill-kompetizzjonijiet kollha.

Dan ifisser żewġ logħbiet żejda mill-fażi tal-gruppi. Jekk team li ma jispiċċax mal-ewwel tmienja tal-fażi tal-kampjonat irid jirbaħ il-kompetizzjoni, allura jkol­lhom bżonn jilagħbu 17-il logħba, li huma erbgħa aktar mit-total attwali.

Dawk li huma ssidjati għar-Round tal-Aħħar 16 se jilagħbu 15-il partita, it-tnejn li huma kienu inqas mid-19-il logħba li r-rebbieħa kienu jilagħbu fis-Super League.

Din il-bidla kienet ġiet miftiehma snin bil-quddiem, iżda turi l-ħakma u l-influwenza li l-clubs il-kbar għandhom fuq il-UEFA, li jġibu aktar logħob bejn il-clubs il-kbar, filwaqt li tagħmilha aktar diffiċli għalihom li jiġu eliminati u aktar diffiċli għat-timijiet ta’ klassifika aktar baxxa biex jagħmlu progress.

Ekonomija

Sport