Wednesday, July 24, 2024

UCL: Bayern M. u Paris SG jikkwalifikaw għall-kwarti-finali

Aqra wkoll

Meta beda jintlagħab it-tieni leg tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions Lea­gue, Bayern Munich u Paris St-Germain saru l-ewwel żewġ timijiet li kkwa­li­fikaw għall-kwarti-finali me­ta għelbu lil Lazio u lil Real Sociedad rispettivament.

Bayern Munich.. 3

Lazio…………….. 0

(Agg: Bayern M. 3-1)

Bayern Munich laqgħu lil Lazio u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-0 għal aggregate ta’ 3-1.

Kienu Bayern li ħarġu fuq l-offensiva u kmieni fil-partita resqu viċin minn Harry Kane u Jamal Musiala.

Peró, l-aħjar ċans wasal għand Lazio meta, fis-37 minuta, il-ballun wasal għand Ciro Immobile u waħdu qud­diem il-goalkeeper, Manuel Neuer, falla l-mira bir-ras.

Ta’ dan in-nuqqas Lazio pattew qares għax żewġ minuti wara, Bayern fetħu l-iskor mis-solitu, Harry Kane meta Thomas Muller xeħet bir-ras lejn Raphael Guerreiro li ma laqatx sew il-ballun li wasal għand l-attakkant Ingliż u bir-ras kien pront jixħet il-ballun fix-xibka.

U fil-ħin miżjud tal-ew­wel taqsima, Thomas Muller irdoppja permezz ta’ daq­qa ta’ ras.

Fis-66 minuta, Kane għa­milhom tlieta b’xutt qawwi filwaqt li erba’minuti wara, Musiala laqat il-lasta.

Real Sociedad……….. 1

Paris St-Germain ….. 2

(Agg: Paris SG 4-1)

Paris St-Germain marru għand Real Sociedad u għelbuhom 2-0 għal aggregate ta’ 4-0.

Il-Pariġini ma setgħux kellhom bidu aħjar meta, fil-15-il minuta, huwa fet­ħu l-iskor meta Kylian Mbap­pe rċieva mingħand Ousmane Dembele, dar mad-difensur avversarju, Igor Zubeldia, u b’xutt fil-baxx minn pożizzjoni angolata għeleb lill-goalkeeper Alex Remiro.

Kien goal li prattikament qata’ l-passaġġ tal-Franċiżi mal-aħħar tmienja minħabba l-aggregate kien dak par­zjali ta’ 3-0 biex l-Ispanjoli kellhom muntanja qud­diemhom x’jissuperaw.

Aktar minn hekk, il-Franċiżi komplew jiddomi­naw u fis-56 minuta, l-is­tess Mbappe rdoppja meta kkonkluda mill-cross ta’ Lee Kang-In.

Ir-reazzjoni tal-Ispanjoli waslet tard hekk kif minuta mit-tmiem huma naqqsu l-iskor minn Mikel Merino liema goal xejn ma nkwieta lill-Franċiżi.

Ekonomija

Sport