Tuesday, December 24, 2024

UCL: It-terna arbitrali tiskuża ruħha ma’ Bayern Munich minħabba …

Aqra wkoll

Bayern Munich ġew eliminati miċ Champions League minn Real Madrid f’ċir­kostanzi kontroversjali.

Il-coach ta’ Bayern Munich, Thomas Tuchel, sostna li rċevew apoloġija għad- ‘diżastru assolut’ ta’ deċiżjoni tard ta’ offside wara li t-team tiegħu tilef b’mod drammatiku miċ-Champions League f’Madrid. Il-ġganti Ġermaniżi llidjaw sa tard fil-partita permezz ta’ goal tal-isturdament ta’ Alfonso Davies, biss għall-eks player ta’ Stoke u Newcastle, Joselu, li skorja darbtejn fil-minuti li kien fadal biex issiġilla rimonta sensazzjonali.

Iżda kien għad fadal ħin għall-kontroversja wara li s-sostitut ta’ Real kien skorja mill-viċin fl-ewwel minuta tal-ħin miżjud. Noussair Mazraoui ġie senjalat offside għal Bayern hekk kif sab lil Mathias de Ligt, li mbagħad xeħet fix-xibka fil-baxx hekk kif ir-referee Pollakk, Szymon Marciniak, kien qed isaffar għal free-kick.

Tuchel ġie ammonit talli pprotesta kontra d-deċiżjoni, irrabjat li l-uffiċjal ma ħalliex l-logħob ikompli bħala protokoll tiegħu bl-offsides mill-introduzzjoni tal-VAR. U biex iżidu r-rabja tiegħu, replays televiżivi aktar tard indikaw li Mazraoui kien onside u l-bandiera ma kellhiex tittella’ (ritratt).

Tuchel qal li kien irċieva apoloġija għas-sejħa, iżda ċaħadha bħala bla sens. “Hija semi-finali, kulħadd irid imur sal-limitu tiegħu. Ir-referee suppost hu l-aqwa,” huwa qal. “Mhux iż-żmien għall-apoloġiji, mhux iż-żmien għal żball bħal dan. Apoloġija issa se tgħinna?”

Meta enfasizza l-iżball apparenti, żied jgħid: “Huwa diżastru assolut. Din ix-xena trid tindaqq sal-aħħar. Dik hi r-regola. Il-linesman għamel l-iżball, u r-referee għamel it-tieni żball. Huwa ksur tar-regoli.”

De Ligt kien daqstant aħrax u żvela wkoll li kien offrut apoloġija. “Għamilna r-regoli fil-football, jekk ma jkunx offside ċar – dak li ma kienx – trid tibqa’ tilgħab,” qal. “Naħseb li dan huwa żball kbir, kbir.

“Jekk huwa offside jew le, tista’ tiċċekkjah. Iżda kif se tkun taf jekk ma tiċċekkjahx? Il-linesman qalli li jiddispjaċih għax ikkommetta l-iżball. Iżda jien ma nieħu xejn minn dan. Kienet tal-mistħija.”

Tuchel, li se jħalli lil Bayern dan is-sajf b’idejhom vojta mill-istaġun 2023-24, ħa d-deċiżjoni dubjuża li jneħħi lil Harry Kane tard bit-team tiegħu għadu 1-0 minn fuq. Huwa għamel erba’ bidliet b’kollox, iżda kien sfidat dwar id-deċiżjonijiet tattiċi tie­għu.

“Tweġġa’. Se tieħu ftit biex tirkupra, iżda min-naħa hija telfa fejn ħallejna kollox barra fil-ground,” huwa tenna. “Naturalment, huwa diffiċli li taċċetta. Hija parti mir-real­tà. Le ma jiddispjaċinix. Iżda min-naħa l-oħra, kien hemm wisq injuries, ftit wisq sostituzzjonijiet u wisq għejja 

Ekonomija

Sport