Sunday, December 22, 2024

UCL: Jikkwalifikaw ukoll Milan, Leipzig u Borussia Dortmund

Aqra wkoll

Hekk kif l-Erbgħa ġiet fi tmiemha il-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League, tliet timijiet oħra kisbu l-passaġġ għar-round tal-Aħħar 16. Dawn huma AC Milan, RB Leipzig u Borussia Dortmund.

B’hekk il-kwadru huwa komplet. Ir-rebbieħa tal-gruppi huma: Napoli, Porto, Bayern Munich, Tottenham Hotspur, Chelsea, Real Madrid, Manchester City u Benfica. B’hekk dawn se jkunu ssidjati fil-poloz ta’ nhar it-Tnejn.

It-timijiet li spiċċaw fit-tieni post huma  Liverpool, Brugge, Inter, Eintracht Frankfurt, Milan, Leipzig, Borussia Dortmund u Paris St Germain.

Grupp E

AC Milan v Salzburg

AC Milan ikkonnvinċew bis-sħiħ u ġewwa darhom f’San Siro għelbu lill-Awstrijaċi ta’ Salzburg bl-iskor ta’ 4-0, bil-protagonisti għalihom hekk kif irnnexxielhom isibu x-xibka jkunu Olivier Giroud (14, 57), Rade Krunic (46) u Junior Messias (91). Salzburg se jkomplu l-esperjenza Ewropea tagħhom fil-UEFA Europa League.

Chelsea v Dinamo Zagreb

Chelsea ġewwa darhom fi Stamford Bridge għelbu lill-Kroati ta’ Dinamo Zagreb bl-iskor ta’ 2-1, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Raheem Sterling (18) u Denis zakaria (30). Dan filwaqt li kienu Dinamo Zagreb li fetħu l-iskor permezz ta’ Bruno Petkovic (7).

Grupp F

Real Madrid v Celtic

Real Madrid ġewwa darhom umiljaw lil Celtic meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 5-1, bl-iskorers għalihom ikunu Luka Modric (6) minn penalty, Rodrygo (21) ukoll minn penalty, Marco Asensio (51), Vinicius Junior (61) u Federico Valverde (71), Dan sabiex l-uniku goal għall-ġganti Skoċċiżi wasal minn Jota (84). Ta’ nota huwa l-fatt li Celtic fallew penalty mogħti minn Josip Juranovic fil-35 minuta.  

Shakhtar Donetsk v RB Leipzig

RB Leipzig barra minn darhom għelbu lil Shakhtar Donetsk bl-iskor kbir ta’ 4-0, bil-goals għalihom jaslu minn Christopher Nkunku (10), Andre Silva (50), Dominik Szoboszlai (62) u auto-goal tad-difensur ta’ Shakhtar, Valeriy Bondar (68). Shakthar Donetsk se jkunu qed jilagħbu fil-UEFA Europa League.

Grupp G

FC Copenhagen v Dortmund

FC Copenhagen u Dormund temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 1-1, bil-goal għad-Daniżi jasal minn Hakon Arnar Haraldsson (11), waqt li kien Thorgan Hazard (23) li fetaħ l-iskor għall-Ġermaniżi.

Manchester City v Sevilla

Manchester City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium għelbu lil Sevilla bl-iskor ta’ 3-1, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Rico Lewis (52), Julian Alvarez (73) u Riyad Mahrez (83). L-uniku goal għal Sevilla wasal minn Rafa Mir (31), li kien proprju hu li fetaħ l-iskor. Huma se jkunu qed jilagħbu fil-UEFA Europa League.

Grupp H

Maccabi Haifa v Benfica

Benfica barra minn darhom għelbu lil Maccabi Haifa bl-iskor ta’ 6-1, bl-iskorers għalihom ikunu Goncalo Ramos (20), Petar Musa (59), A. Grimaldo (69), Rafa Silva (73), Henrique Araujo (88) u Joao Mario (92). Tjaronn Chery (26) minn penalty skorja l-goal waħdani għall-Iżraeliti.

Juventus v Paris SG

Paris SG barra minn darhom komplew ikabbru l-problemi ta’ Juventus meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1, bl-iskorers għalihom ikunu Kylian Mbappe (13) u N. Mndes (69). Leonardo Bonucci (39) kien ġab l-iskor momentarjament indaqs għall-Bianconeri li għalkemm temmew l-impenji tagħhom f’dan il-grupp b’punti ndaqs daqs Maccabi Haifa, jiġifieri tliet punti, se jkunu huma li jilagħbu fil-UEFA Europa League minħabba differenza ta’ goals aħjar.

Ekonomija

Sport