Monday, May 20, 2024

Son Heung-min se jiġi operat u jista’ jitlef it-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Korean ta’ Tottenham Hotspur Son Heung-min se jkollu jiġi operat biex jistabbilizza ksur madwar għajnu x-xellugija hekk kif jista’ wkoll jitlef it-Tazza tad-Dinja.

Son, 30 sena, sofra l-injury waqt ir-rebħa ta’ 2-1 fuq Olympique Marseille, liema partita kienet l-aħħar waħda tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League.  

“Wara l-kirurġija, Son se jibda r-rijabilitazzjoni mal-istaff mediku tagħna u se naġġornaw aktar lill-partitarji dwar il-progress tiegħu,” qal il-club fi stqarrija.

L-ewwel logħba tal-Korea t’Isfel fit-Tazza tad-Dinja hija kontra l-Urugwaj fl-24 ta’ Novembru.

Sport