Meta l-Erbgħa ġiet fi tmiemha l-Fażi tal- Gruppi tal-UEFA Champions League, issa sar magħruf il-kwadru kollu tal-Aħħar 16 hekk ikkwalifikaw l-aħħar żewġ timijiet, Porto u Paris St-Germain.
Fil-klassifiki, li jidhru taħt, l-ewwel żewġ timijiet ta’ kull grupp se jilagħbu fir-round tal-Aħħar 16 filwaqt li dawk it-timijiet li ġew klassifikati fit-tielet post se jilagħbu fil-UEFA Europa League.
Grupp E
Atletico M. v Lazio – F’partita diretta min jirbaħ il-grupp, Atletico Madrid għelbu lil Lazio bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals jaslu minn Antoine Griezmann (6) u Lino (51).
Celtic v Feyenoord – Minkejja li Celtic għelbu lil Feyenoord bl-iskor ta’ 2-1, dawn tal-aħħar se jilagħbu fl-Ewropa League għax Celtic kienu diġá eliminati.
L-iskorers kienu Luis Palma (33 pen) u Gustaf Lagerbielke (94) għal Celtic u Yankuba Minteh (82) għal Feyenoord.
Grupp F
Borussia D. v Paris SG – Borussia Dortmund, diġá kwalifikati, spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Paris St-Germain biex dawn tal-aħħar ikkwalifikaw mal-Aħħar 16 ukoll.
Kien Karim Adeyemi (51) li fetaħ l-iskor għal Borussia iżda Warren Zaire Emery (56) kiseb id-draw għall-Pariġini.
Newcastle v Milan – Barra minn darhom Milan għelbu lil Newcastle 2-1, b’goals minn Christian Pulisic (59) u Samuel Chukwueze (84) wara li Joelinton (33) fetaħ l-iskor għal Newcastle.
B’hekk Milan se jilagħbu fl-Ewropa League filwaqt li Newcastle ġew eliminati.
Grupp G
Red Star v Man City – Ir-rebbieħa tal-grupp b’punti massimi Manchester City, marru għand Red Star Belgrade u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-2 biex is-Serbi sfaw eliminati.
L-iskorers tat-team Ingliż kienu Micah Hamilton (19), Oscar Bobb (62) u Kalvin Phillips (85 pen) filwaqt li għas-Serbi skorjaw In-Beom Hwang (76) u Aleksandar Katai (93).
Leipzig v Young Boys – Liepzig għelbu lil Young Boys bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals jaslu minn Benjamin Sesko (51) u Emil Forsberg (56) filwaqt li Ebrima Colley (53) wieġeb għall-Isvizzeri li spiċċaw fit-tielet post, li jfisser, l-Europa League.
Grupp H
Antwerp v Barcelona – Antwerp irreġistraw sorpriża kbira meta għelbu lir-rebbieħa tal-grupp, Barcelona, bl-iskor ta’ 3-2, bil-goals jaslu minn Arthur Vermeeren (2), Vincent Janssen (56) u George Ilenikhena (93) filwaqt li Ferran Torres (35) u Marc Guiu (91) wieġbu għall-Katalni.
Porto v Shakhtar D.– Porto għaddew mal-Aħħar 16, grazzi għar-rebħa ta’ 5-3 fuq Shakhtar Donetsk.
Wenderson Galeno (9, 43), Mehdi Taremi (62), Pepe (76) u Francisco Conceicao (82) skorjaw għal Porto filwaqt li Shakhtar wieġbu minn Danylo Sikan (29), Stephen Eustaquio (72 og) u Eguinaldo (88).