Tuesday, September 24, 2024

UCL: Napoli v Real Madrid tisraq ix-xena

Aqra wkoll

Meta llum u għada tintlagħab it-tieni ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal- UEFA Champions League, l-aktar partita li tispikka hija dik bejn Napoli u Real Madrid.

Napoli v Real Madrid  – Dan huwa l-aqwa konfront fost is-16-il logħba ta’ dan il-programm. 

Iż-żewġ timijiet ġejjin minn rebħiet domestiċi. 

Jidher li Napoli sabu l-forma tagħhom meta fl-aħħar żewġ ħarġiet huma għelbu lil Udinese (4-1) u lil Lecce (4-0) filwaqt li Real Madrid għelbu lil Las Palma (2-0) u lil Girona (3-0). 

Barra minn hekk, iż-żewġ timijiet li jinsabu fi Grupp C rebħu l-ewwel partita tagħhom u għaldaqstant illum iridu jintilfu l-punti.

Peró, xorta waħda jibq­għu favoriti li jikkwalifikaw minn dan il-grupp. 

Napoli se jkollhom jgħad­du mingħajr l-imweġ­ġgħin, Pierluigi Gollini,  Amir Rrahmani u Juan Jesus. Min-naħa l-oħra,  Thibaut Courtois, Eder Militao u Arda Guler, huma neqsin għall-Ispanjoli għall-istess raġuni. 

Man Utd v Galatasaray  – Wara t-telfa ta’ 4-3 kontra Bayern Munich, Manchester United jilqgħu lit-Torok ta’ Galatasaray f’din li hija meqjusa bħala partita delikata. 

Xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tal- United jekk iridu jibqgħu javvanzaw meta bħalissa mhux għaddejjin minn forma tajba. 

Huma ġejjin minn telfa ta’ 1-0 f’darhom kontra Crystal Palace fil-kampjonat u għaldaqstant il-mo­ral jinsab xi ftit baxx. 

Għar-Red Devils mis­tennija jirritornaw Sergio Re­guilon u Antony filwaqt li Sofyan Amrabat se jagħ­mel id-de­butt f’din il-kompetizzjoni.   

Iżda huma għandhom neqsin lill-imweġġgħin,  Aaron Wan-Bissaka, Luke Shaw, Kobbie Mainoo, Ty­rell Malacia, Lisandro Martinez u lil Jadon Sancho li huwa sospiż mill-club. 

Inter v Benfica  – Wara d-draw ta’ 1-1 kontra Benfica, Inter għandhom partita diffiċli meta jaffrontaw lil Benfica li, fi Grupp D, jinsabu bla punt meta f’darhom sfaw megħluba minn Salzburg bl-iskor ta’ 2-0.  

Għaldaqstant jinżlu għal dan il-konfront determinati li ma joħorġux b’idejhom vojta għax tkun daqqa ta’ ħarta oħra fit-tentattiv li jikkwalifikaw mal-Aħħar 16. 

In-Nerazzurri għandhom lil  lil Stefano Sensi, Juan Caudrado u Davide Frattesi neqsin minħabba injury, filwaqt li Antono Silva huwa nieqes għal Benfica għall-istess raġuni. 

Leipzig v Man City  – Iċ-champions Ewropej, Man­chester City, imorru l- Ġermanja biex jiffaċċjaw lil RB Leipzig li bħalissa jinsabu għaddejjin minn forma tajba. 

Filwaqt li huma ġejjin minn draw ta’ 2-2 kontra Bayern Munich, is-Citizens sofrew telfa ta’ 2-1 għand Wolves fil-kampjonat domestiku. 

Minkejja li din hija partita diffiċli u miftuħa għal kull riżultat, iż-żewġ timi­jiet m’għandhomx ifallu milli jikkwalifikaw minn din il-fażi hekk kif jinsabu fl-ewwel post ta’ Grupp G. 

Sport