Saturday, November 16, 2024

UCL: Real Madrid sorpriżi minn Lille

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni programm tat-tieni ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League, it-team Franċiż ta’ Lille irreġistra l-akbar sorpriża meta għelbu lill-hol­ders Real Madrid bl-iskor ta’ 1-0.

Lille v Real Madrid – Lille  rreġistraw is-sorpriża tal- ġurnata meta laqgħu liċ- champions Ewropej, Real Madrid u rebħulhom bl-iskor ta’ 1-0, bil-goal jasal minn penalty ta’ Jonathan David (45).

Aston Villa v Bayern M. – Aston Villa ospitaw lil Ba­yern Munich u f’logħba missielta ħarġu rebbieħa bl- iskor ta’ 1-0 b’goal ta’ Jhon Duran (79) 

Girona v Feyenoord – Feyenoord marru għand Girona u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2, bil-goals jaslu minn Yangel Herrera (23 og), Antoni Milambo (33) u Ladislav Krejci (79 og) filwaqt li David Lopez (19) u Donny van de Beek (74) wieġbu għal Girona.

Kull team falla penalty – Ayase Ueda (36) għal Feyenoord u Bojan Miovski (67) għal Girona.

Shakhtar Donetsk v Atalanta – Barra minn darhom, Atalanta għelbu lil Shak­htar Donetsk bl-iskor ta’ 3-0 permezz ta’ Berat Djimsiti (21), Ademola Lookman (44) u Raoul Bellanova (48).

Benfica v Atletico M. – Benfica ddominaw għal kollox lil Atletico Madrid u għelbuhom bl-iskor ta’ 4-0, bil-goals jaslu minn Mu­ham­med Kerem Akturkoglu (13), Angel Di Maria (52 pen), Alexander Bah (75) u Orkun Kokcu (84 pen). 

Liverpool v Bologna – Għalkemm Liverpool iddominaw il-logħba kontra Bologna huma setgħu biss jiskorjaw żewġ goals permezz ta’ Alexis MacAllister (11) u Mohamed Salah (75) għal rebħa ta’ 2-0.

Leipzig v Juventus – Barra minn darhom Juventus għelbu lil Leipzig bl-iskor ta’ 3-2.

Benjamin Sesko (30, 65 pen) skorja għal Leipzig filwaqt li Dusan Vlahovic (50, 69)  u Francisco Conceicao (83) irreċiprokaw għal Juventus li kellhom lill-goalkeeper Michele Di Gregorio (59) imkeċċi.

Ekonomija

Sport