Friday, December 13, 2024

UCL: Rebħiet minimi għal AC Milan u Bayern Munich

Aqra wkoll

Meta beda jintlagħab l-ewwel leg tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League, Milan u Bayern Munich kisbu vantaġġ minimu fuq Totttenham Hotspur u Paris St Germain rispettivament.

AC Milan v Tottenham H.

Ġewwa darhom f’San Siro, AC Milan għelbu lil Tottenham Hotspur bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal tant importanti għalihom jasal minn Brahim Diaz (7).

M’hemmx dubju li din kienet rebħa li għolliet ferm il-moral tar-Rossoneri wara staġun kollox ma’ kollox diżappuntanti, iżda li waslet wara rebħa minima oħra ta’ 1-0 kontra Torino fil-Kampjonat tas-Serie A.

Paris SG v Bayern Munich

Bayern Munich barra minn darhom kisbu rebħa minima oħra ta’ 1-0 kontra Paris Saint-Germain, bl-awtur tal-goal uniku għalihom ikun Kingsley Coman (53), biex b’hekk irnexxielu jsib ix-xibka proprju kontra l-ex team tiegħu u li miegħu beda l-karriera tiegħu.

Ta’ nota huwa l-fatt li fit-92 minuta, il-Bavarjani spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom Benajmin Pavard, wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita.

B’hekk beda jberraq għall-Pariġini, hekk kif din kienet it-tieni telfa konsekuttiva għalihom wara t-telfa xejn mistennija kontra Monaco fil-Kampjonat Franċiż, Ligue 1.

Fil-veritá, il-Pariġini kellhom żewġ goal ta’ Kylian Mbappe mħassra għal offside, bit-tieni wieħed ikun marġinali.

Ekonomija

Sport