Saturday, May 18, 2024

F’ħames snin ġew irrapportati 6,602 każ ta’ frodi

Aqra wkoll

Mill-2018 sal-2022 ġew irraportati lill-Pulizija 6,602 każ ta’ frodi. Kienet is-sena 2021 l-aktar li ġew irraportati każ meta kien hemm 2376.

Dan ħareġ minn informazzjoni li l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri ta fil-Parlament b’risposta għad-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.

L-inqas sena li fiha ġew irraportati kienet l-2020 meta b’kollox kien hemm 811-il każ. Fl-2018 kien hemm 1032 filwaqt li fl-2019 kien hemm 821 każ. Imbgħad is-sena li għaddiet b’kollox daħlu 1562 rapport għand il-Pulizija dwar każi ta’ frodi.

Sport