Wednesday, December 25, 2024

UCL: Son Heung-min isofri injury f’rasu

Aqra wkoll

Ir-rebħa ta’ Tottenham Hotspur fuq Olympique Marseille bl-iskor ta’ 2-1 li biha rebħu Grupp D u qatgħu l-passaġġ għall-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League, ġiet imtappna mill-injury ta’ Son Heung-min wara nofs siegħa logħob. 

Din l-injury seħħet meta għola għall-ballun mad-difensur avversarju, Chancel Mbemba, li filwaqt li dan tal-aħħar rebaħ il-ballun bir-ras, il-player Korean ħabat rasu mal-ispalla ta’ Mbemba u nstabat mal-art. 

Huwa deher mitluf minn sensih minkejja li wara ftit minuti reġa’ qam fuq saqajh iżda ġie mibdul minnufih. 

Skond ir-rapport mediku, wara l-logħba Son iċċelebra kif seta’ l-kwalifikazzjoni flimkien ma’ sħabu fid-dressing room iżda ma kien f’sikktu għal kollox. 

Teżisti l-biżgħa li huwa sofra konkussjoni u għaldaqstant, jekk verament huwa l-każ, irid idum barra mil-logħob għal mill-inqas ġimgħa, skond il-protokoll tal-FIFA.

Jekk dan iseħħ, ikun ifisser li jitlef il-partita tal-Premier League kontra Liverpool ta’ nhar il-Ħadd li ġej. 

Ekonomija

Sport