Friday, November 15, 2024

UCL tan-Nisa: Birkirkara eliminati wara telfa kbira kontra Anderlecht

Aqra wkoll

Anderlecht………5

Birkirkara……….0

Birkirkara sfaw eliminati mill-UEFA Women’s Champions League meta tilfu kontra l-ġganti Belġjani Anderlecht fit-tieni logħba tal-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni.

Kif mistenni, l-Istripes sabu din il-logħba diffiċli kontra s-seba’ darbiet champions Belġjani b’Anderlecht jiksbu l-passaġġ għat-tieni round wara li naqsu li jagħmlu dan fl-aħħar tliet tentattivi.

Għal din il-partita tant mistennija il-coach ta’ Birkirkara Vincent Galea m’affettwa l-ebda bidla fil-formazzjoni inizjali minn dik li għelbet lil Breznica wara l-ħin barrani nhar l-Erbgha li għadda.

Anderlecht resqu viċin li jftħu l-iskor kmieni fil-partita eżattament wara ħames minuti meta l-attakkanta Amelie Deliabre kella t-tentattiv tagħha mill-viċin jiġi mblukkat mill-goalkeeper ta’ Birkirkara, Maya Cachia. Mumenti biss wara, l-istess player ta’ Anderlecht kellha d-daqqa ta’ ras tagħha tintemm ftit għoli.

Fis-16-il minuta, l-istess AMELIE DELABRE ma sabet l-ebda diffikultá li tegħleb lill-goalkeeper ta’ Birkirkara Maya Cachia permezz ta’ xutt minn ġol-kaxxa.

L-affarijiet komplew jikkomplikaw ruħhom għal Birkirkara ftit wara meta l-captain Stephania Farrugia kellha tħalli l-ground minħabba dik li dehret bħala injury fl-irkoppa.

Anderlecht komplew jitfgħu iktar pressjoni fuq iċ-champions Maltin b’Delabre tkompli tkun xewka fl-attakk hekk kif bdiet tfittex li tirdoppja l-iskor għat-tim tagħha.

Wara l-mistrieħ eżattament fil-51 minuta Anderlecht irduppjaw l-iskor permezz ta’ MARIE MINNERAT li permezz ta’ xutt fil-baxx għelbet lil Cachia.

Żewġ minuti biss wara LUNA VANZEIR kompliet tkabbar il-vantaġġ għal Anderlecht meta kompliet il-ballun għal ġewwa minn taħt il-lasta.

Anderlecht skorjaw żewġ goals oħra fil-ħin miżjud permezz ta’ MAXIME BENNINK U LAURIE TEINTURIER.

Anderelcht: 71-Aude Waldbillig, 14-Laura Deloose, 6-Tina De Caigny, 8-Laura De Neve (5-Fran Meersman 79), 19-Nikki Jzerman, 10-Stefania Vatafu, 13-Marie Minnaert, 11-Sarah Wijnants, 30-Luna Vanzeir (7-Maxime Bennink 79), 41-Fanny Rossi (20-Laurie Tenturier 58), 99-Amelie Delabre (4-Senna Koeleman 72) Coach: Dennis Moerman

Birkirkara: 12-Maya Cachia, 14-Valentina Rapa, 5-Stephania Farrugia (13-Raina Giusti 19), 18-Charlene Zammit, 20-Calista Bonnie Schechinger, 6-Yuna Haezkawa, 2-Gabriella Zahra, 8-Luana Vitoria Lourenco Cabra, 9-Alishia Sultana, 23-Mariah Cardona (4-Martina Fenech 80), 7-Francesca Chircop (80-Erica Oliveora Bispo 46) (15-Stella Francalanza 90) Coach: Vincent Galea

Referee: Tatyana Sorokopudova (Kazakstan)

Ass. Referees: Dinara Idrisova (Kazakstan), Kristine Grigoryan (Armenja)

Raba’ Uffiċjal: Sofik Torosyan (Armenja)

Skorers: A. Delabre 16, M. Minnaert 51, L. Vanzeir 53, M. Bennink 93, L. Teinturier 95 (A)

Ammoniti: F. Rossi (A), R. Giusti (B)

Ekonomija

Sport