Tuesday, September 24, 2024

Jinżamm arrestat wara li allegatament inqabad jisraq minn dgħajsa fil-marina f’Tal-Pietà

Aqra wkoll

Carmel Schembri ta’ 58 sena residenti ż-Żurrieq ċaħad l-akkużi kontrih li nhar il-Ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tal-10.00pm seraq oġġetti minn fuq dgħajsa fil-marina f’Tal-Pietà.

Il-Prosekuzzjoni qalet li Schembri kien inqabad jisraq minn sid id-dgħajsa stess li kien qiegħed jitkol f’restornat qrib il-marina. Hu żammu sakemm waslu l-pulizija.

Fil-Qorti ġie akkużat ukoll li sar riċediv u li anke kiser il-kundizzjonijiet imposti mill-qorti fuq reat ieħor.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat għandu problema kbira tad-droga li li fl-aħħar xhur kien qiegħed jipprova jagħmel programm tad-droga mal-Fondazzjoni OASI.

Schembri baqa’ jinżamm arrestat, wara li anke d-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport