Wednesday, October 9, 2024

ILLUM NIĊĊELEBRAW IL-FESTA NAZZJONALI TA’ “JUM IL-VITORJA”

… Għeluq bit-tant mistennija regatta fil-Port il-Kbir

Aqra wkoll

Għall-okkazjoni ta’ Jum il-Vitorja, il-Kumitati Festi Nazzjonali fi ħdan Festivals Malta ħabbar li ċ-ċelebrazzjonijiet tal-lum jibdew fid-9.30am bit-tqegħid ta’ kuruna mill-President ta’ Malta akkumpanjata miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali u s-Sindku tal-Belt Valletta fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir, il-Belt Valletta.

Wara se jsir it-tqegħid ta’ kuruna fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata biex jiġu mfakkra l-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija. Dan jiġi segwit minn tqegħid ta’ kuruna mill-Kumitat Festi Nazzjonali mal-monument ta’ Malta Rebbieħa fl-Isla u wara mal-qabar tal-vittmi tal-Assedju f’Forti Sant’Anġlu.

Iċ-ċelebrazzjonijiet jintemmu bir-regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir fin-nofs siegħa.

Intant, illum Malta tfakkar tliet rebħiet importanti fl-istorja tagħha.

Bħal lum fl-1565 il-Kavallieri ta’ Malta kien rebħu l-Assedju l-Kbir fuq l-Imperu Ottoman. Il-Kavallieri kienu rebħu l-Assedju bl-għjanuna tar-Re ta’ Sqallija u anke minn forzi oħrajn Ewropej.

Wara 3 xhur ta’ ġlied kontinwu, it-Torok kienu ħallew il-gżejjer Maltin, iżda kienu għamlu ħerba sħiħa fosthom fil-gżira Għawdxija fejn jingħad li kienu ħallew biss 30 persuna.

It-tieni rebħa kienet fl-1800 meta l-Maltin rebħu l-qawwiet Franċiżi wara sentejn ta’ tmexxija.

Imbgħad fl-1943 it-Taljani kienu ċedew waqt it-Tieni Gwerra Dinjija u għalhekk kienu waqfu l-bombardamenti.

Sport